Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Tifkira tal-Pellegrinag 19 ta' Nov. 1944
Pussess tal-Kan. Dek.
Dun Jesmond Manicaro

Kan. Joe Mifsud


 

Gieli saqsejna x’sens ghandha din it-tifkira li naghmlu kull sena bhal lum marbuta ma’ tmiem it-tieni gwerra dinjija u l-pellegrinagg nazzjonali tad-19 ta’ Novembru 1944. Illum insaqsu wkoll dwar is-sens ta’ cerimonja ta’ kanonku fil-kapitlu tal-kolleggjata taghna. Ir-risposti taghna jridu jwiegbu ghar-rejaltajiet li qeghdin nghixu fihom illum, anke jekk ghandhom l-eghruq taghhom fl-istorja tal-passat.

Ghal generazzjoni zaghzugha ta’ llum, miftuma mill-esperjenza tal-gwerra, din it-tifkira tista’ ma tolqotx il-qalb bizzejjed. Ma ghandhiex tkun biss tifkira ta’ l-istorja ta’ Bormla. Imma hija skola tal-valuri tal-paci u s-solidarjeta’, tal-kruha tad-dittatorjat u n-nazzjonalizmu, u tal-htiega ta’ ghaqda bejn il-gnus tad-dinja. Jghallem sew il-Papa Benedittu li fejn Alla jkun mwarrab mill-isfera tas-socjeta’ u tal-politika, il-bniedem ikun imnezza’ mid-dinjita’ tieghu.

Forsi anke l-ideja tal-kapitli tista’ tistoghna ghal uhud. Jekk narawhom bhala unuri, privileggi u drittijiet allura tassew ghandhom jistonaw. Imma jekk nifhmu l-origini taghhom u naraw l-istorja ta’ l-istess kapitlu taghna, l-affarijiet ghandhom tifsira aktar shiha. Nistghu naghtuhom tifsira ghaz-zmien ta’ llum b’fedelta’ ma’ l-ispirtu ta’ Gesu’ Kristu fl-evangelju u fil-kuntest tat-taghlim tal-Knisja dwar il-hajja u l-missjoni tal-presbiteru.

L-ewwel punt li rridu naghtu mportanza hu l-fatt li f’din il-knisja kien hawn minn dejjem devozzjoni u rabta ma’ Sidtna Marija taht it-titlu ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni u ghalhekk hawn santwarju li fih innifsu hu tifsira ghall-ezistenza tal-kapitlu. L-iskop kien li s-sacerdoti bhala kanonci tal-kapitlu jkunu responsabbli flimkien mill-kura attwali u abitwali tan-nies tal-parrocca. Bhala membri tal-kapitlu, kienu f’qaghda li jistghu jaghtu l-ahjar servizz pastorali u amministrazzjoni tas-sagramenti lin-nies tal-parrocca.

Fil-lista tal-kanonci tal-kapitlu nsibu diversi li ghamlu tassew gieh lis-sacerdozju kattoliku u  lill-kapitlu taghna. Dun Gwann Mamo imwieled Bormla u jghix Rahal Gdid hu figura kbira fil-qasam ta’ l-edukazzjoni tant li ssemmiet skola ghalih minhabba l-kontribut tieghu permezz ta’ l-Oratotju San Alwigi li kien skola tas-snajja. Hekk ukoll il-Kan. Dun Karm Bugelli. Forsi l-aktar maghruf huwa l-Kanonku Monsinjur Ludovik Mifsud Tomasi minhabba l-kwadru titulari u s-sehem tieghu fil-qasam tal-letteratura Maltija. Ma nistghux ma nsemmux wahda mill-figuri simpatici  li kien il-Kanonku  Monsinjur Dun Spir Penza li diga fl-1911, meta Dun Gorg Preca wkoll kien qed jibda is-socjeta’ tal-MUSEUM, bhala sacerdot habrieki kien hass il-bzonn li billi d-duttrina fl-inhawi ta’ Bormla ma kenitx qed tigi mghallma bizzejjed, kera dar li fiha, anke bl-involviment tal-lajci beda l-opra li zviluppat fid-Domus Sacrae Familiae li ghadna ngawdu l-beneficcji taghha sa llum. Din l-opra waslet hajja ghandna bit-thabrik ta’ Dun Edgar Huntingford. Maghhom inzidu lill-Kanonku Kurat Dun Anton Camilleri li quddiem t-theddida ta’ taghlim zbaljat fost z-zghazagh u l-irgiel sab is-support tal-Kanonku Kantur Dun Frangisk Casha u bi tnejn u sebghin zaghzugh ta bidu gha-Domus Piju IX. Il-Kantur kien maghruf bhala bniedem ferriehi u dinamiku; u fl-istess waqt ta’ dixxiplina kbira. F’din l-opra dahal il-Kanonku Tezorier, li wara sar Arcipriet, Dun Guzepp Cassar li ta kontribut siewi lill-edukazzjoni taz-zghazagh. Kien hu li hareg bl-ideja tal-wirja tal-mejda ta’ l-appostli.

Jekk mhux possibli nsemmu lil kulhadd, imma nafu li l-kanonci li niftakru fi zmienna ma ghamlux ghajb lil ta’ qabilhom fl-imhabba taghhom lejn il-fidi u l-Knisja kattolika, lejn is-santwarju, lejn il-poplu Bormliz u l-oqsma ta’ l-edukazzjoni u l-foqra. Ma rridux jaharbulna l-ismijiet tal-Kanonci Dun Guzepp Cassar u Dun Edward Zerafa fis-sehem taghhom matul is-snin tal-gwerra fil-parrocca trasferita taht il-mina ta’ Dwieli. Irridu naghtu tifkira ta’ gieh lil dawk aktar recenti bhal Kanonci Dun Gorg Abela, Dun Gustav Barbara, Dun Anton Cachia u Dun Guzepp Bonello. U l-gurnata ta’ llum tfakkarna li seba’ snin ilu miet il-mibki ex-arcipriet u predecussur il-Kanonku Dun Victor Cilia li quddiem l-aggornament u t-tigdid li wettaq biex jaghti hajja lil din il-komunita’ nisranija f’Bormla jibqa’ figura li jisthoqqilha tibqa’ mnizzla fl-istorja tal-parrocca u ta’ Bormla.

Il-membri tal-kapitlu u l-presbiterju parrokkjali ta’ llum inharsu lejn ta’ qabilna biex inkomplu din l-istorja ta’ qadi sacerdotali ghall-glorja ta’ Alla u s-salvazzjoni tal-bnedmin. Forsi, li ghaddew iz-zminijiet u nqallbu l-valuri, ma fadalx skop u missjoni ghas-sacerdot kattoliku bhala qassis vicin in-nies u li jaqsam maghhom “ l-hena u t-tama, in-niket u t-thassib”, specjalment ta’ dawk li qeghdin ibatu kif tistqarr il-kostituzzjoni pastorali tal-Koncilju Vatikan it-Tieni dwar il-Knisja fid-dinja ta’ llum?

Grazzja kbira li llum il-lajci nsara sabu posthom tassew fil-hajja u l-missjoni tal-Knisja. U dan mhux ghax naqsu s-sacerdoti. Imma ghax ir-riflessjoni teologika ghallmitna t-tifsira profonda u shiha tas-sagrament tal-maghmudija, li bih kull mghammed jaqsam mill-missjoni ta’ Gesu’ Kristu. Il-lajk nisrani mhux qed hemm biss biex jircievi. Ghandu trid tasal l-ewwel evangelizazzjoni; akkumpanjata minn katekezi u formazzjoni kontinwa. Imma ma tiqafx hemm. Il-lajk nisrani matur isir is-suggett ta’ kull hidma tal-Knisja. Ghalhekk hija grazzja ghal din il-komunita’ nisranija li qed timtela b’tama u b’kuragg quddiem lajci nsara li qed jaghrfu dan l-impenn u qed jidhlu ghalih fi hdanha. Xhieda ta’ dan kienet l-attendenza u l-partecipazzjoni fl-assemblea parrokkjali li ghalqet din il-gimgha u l-pjan pastorali li tfassal ghat-tlett snin li gejjin.

L-Ispirtu s-Santu qed jurina x’qawwa ghandu l-kuntatt personali mill-koppja ghall-koppja. Qed niffurmaw koppja u operaturi pastorali li l-impenn taghhom ma’ koppji ohra u fost il-familji huwa t-twegiba quddiem il-bruda religjuza ta’ uhud, is-salib tat-tbatija ta’ l-ohrajn, l-influwenza ta’ twemmin religjuz ‘l boghod mill-verita’ u l-isfidi socjali li ghandna quddiemna.

Dan l-ahhar smajna hafna ilhna stunati fuq il-media li bhal donnu s-socjeta taghna hija barra u wara z-zminijiet. Kulhadd jitfa’ l-htija  fuq haddiehor minghajr hadd ma jerfa’ r-responsabilta’ tieghu u minghajr hadd ma jghaqqad ir-rizorsi u l-forzi biex il-qasam ta’ l-edukazzjoni fostna jkunu moghti l-attenzjoni mehtiega. Nafu li ma tezisti l-ebda soluzzjoni fuq platt. Imma jezistu soluzzjonijiet biex is-sitwazzjoni ma tkomplix tiggrava. Nafu li s-soluzzjoni mhix hafifa; imma ma nistennewx soluzzjonijiet li jaghmluna nferjuri ghal haddiehor.

Il-grajja ta’ l-1944 turina l-qawwa li ghandu jkollha l-fidi nisranija biex il-komunita’ nisranija mdawla u msahha mis-sacerdoti taghha tkompli tibnu fostna s-saltna ta’ Alla. Zmien ta’ sfida li timlieni b’hegga u b’entuzjazmu. Zmien ta’ tigdid biex ma nitilfux, anzi naghrfu b’mod aktar haj il-qawwa tal-messagg nisrani. Hu z-zmien li kif qed jinsisti Mons Pawlu Cremona, l-Arcisqof taghna, il-Knisja “tghammed” il-hajja tal-persuni f’kuntatt maghha u f’kull attivita’ li twettaq, bil-Fidi, biex kulhadd u kollox jingibed lejn il-persuna ta’ Gesu’ Kristu.

Nitolbu lil Marija Immakulata biex il-komunita’ nisranija taghna taghraf il-mument ta’ issa bhala zmien ta’ grazzja u fuq l-ghazla tal-fidi tkun komunita’ li tinbena f’dixxipli ta’ Gesu’ Kristu u f’appostli li jafu l-missjoni taghhom fil-familji, fis-socjeta u fl-oqsma l-ohra bhall-edukazzjoni li jibnu lill-bnedmin fid-dinjita’ vera tieghu.

ara ritratti ta' l-okkażżjoni

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com