Il-Kelma ta' l-Arċipriet
AZZJONI
Kan. Joe Mifsud

Ix-xahar li ghadda wassalna messagg dwar il-bzonn tar-riflessjoni fil-hajja. Imma r-riflessjoni tkun profonda u ta’ gid meta twassal ghall-azzjoni. Inkella kif ighidu paroli biss. Anke l-fidi nisranija fil-persuna ta’ Gesu’ Kristu hija marbut ma’ eghmil bhala frott ta’ din il-fidi. In-nisrani ghandu dmir u responsabilta’ li jghix il-fidi b’mod li jkun dawl u melh halli d-dinja ta’ madwaru titjieb u tkun wahda li tassew tixraq lill-bniedem.
Importanti li kulhadd jaghti s-sehem tieghu. Ma nistghux nibdew billi nitfghu r-responsabilta’ fuq haddiehor. Ghalhekk tapprezza l-volontarjat li ghandu vizjoni u konvinzjoni hekk li b’sagrificcju jaghti kontribut ghall-ohrajn. Meta qed jinhass dan in-nuqqas ta’ persuni li jridu jaghtu mill-hin u l-hila taghhom, ma nistghux ma nwasslux sejha biex insarrfu f’azzjoni hafna kliem ta’ patrijottizmu u parrokkjalizmu li nisimghu.
Jista’ jaghti l-kaz li kultant tinhakem minn sfiducja jew telqa. Dan hu hazin. Imma hu hafna aktar hazin meta jkollna min ifixkel jew jahdem kontra billi jaghmel il-hsara b’eghmilu. Hawn johrog il-valur li tissahhah l-ghaqda bi spirtu ta’ koperazzjoni u kollaborazzjoni ghall-impenn mehtieg favur il-hajja taghna flimkien.
Ir-riflessjoni li msejha naghmlu trid twassal lil dawk konvinti mill-fidi taghhom biex il-parrocca tkun tassew hmira ghas-socjeta’ Bormliza. U dan l-aktar billi nuru li l-fidi ghadha tiswa, ghandha x’toffri lill-hajja tal-bnedmin flimkien u turi triq li taghti l-hena lill-bniedem. Ghalhekk din is-sejha ghall-azzjoni trid tasal biex aktar lajci nsara minn fost il-komunita’ taghna jifthu qalbhom ghall-ohrajn u joffru lilhom infushom ghas-servizz fi hdan il-komunita’ nisranija.
Imma mhux huma biss. Issa li ghandna Kunsill Lokali gdid, din is-sejha ghall-azzjoni hi ghalihom ukoll. Hija sejha lill-pulizija fl-ghassa ta’ Bormla. Hija sejha lill-awtorita’ civili. Hija sejha lid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni f’ghaqda mal-Kullegg ta’ Sta Margerita u l-genituri. Hija sejha lill-ghaqdiet socjali, sportivi u kulturali.
Tghid se naraw fostna bhala komunita’ nisranija u socjali xi sinjali ta’ azzjoni li juru aktar hegga u determinazzjoni ?
L-Arċipriet
|