Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Alla
Jagħtina
l-Ferħ

Kan. Joe Mifsud


 

L-ahhar xahar tas-sena. Iz-zmien dejjem ghaddej. Ghalina xahar mill-isbah. Niccelebraw is-solennita’ ta’ Marija Immakulata u s-solennita tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu. Kieku nieqfu nahsbu ftit nindunaw kemm ferh jixtieq iwasslilna Alla fil-hajja taghna permezz tac-celebrazzjonijiet li naghmlu. Kemm tassew nitilfu meta niccelebraw biss minn barra minghajr ma nhallu l-Kelma ta’ Alla tmissna minn gewwa u tifthilna qalbna ghall-verita’ ta’ hajjitna. 

F’dan is-sens li ghandha tassew valur in-novena li ssir qabel kull festa. Zmien ta’ thejjija billi nirriflettu lilna nfusna fid-dawl tal-misteru li nkunu sejrin niccelebraw. Minghajr ebda offiza. Minghajr sens ta’ tmaqdir. Imma b’mod car li bih nirrispettaw is-sewwa. Ma nistghux nieqfu fuq vara. Ma nistghux naqilbu festa fi briju. Ma nistghux nitqalu minn jasar ta’ kummerc. Qisna qlibna l-affarijiet ta’ taht fuq. 

Din hija stedina biex nifhmu l-importanza tat-thejjija li ssir qabel kull festa. Insejhulha novena. Disa’ t’ijiem li fihom fid-dawl tal-kelma ta’ Alla naraw hajjitna fuq livell socjali, familjari u personali. Sodisfazzjon li numru kbir ta’ nies fostna ghadhom jaghrfu s-sens tan-novena tal-festa tal-Kuncizzjoni u jattendu bi hgarhom. Ejjew inhallu t-taghlim idawwal il-hajjitna. Ejjew innizzlu l-eghruq taghna fil-fidi li niccelebraw. Ejjew inkunu nies ta’ veru, li nghixu dak li niccelebraw u nemmnu dak li niccelebraw. Mhux fil-festa irridu nemmnu. Mhux inqimu xi vara. Mhux niehdu gost b’xi bambin. Imma nemmnu f’Marija Immakulata u f’Binha l-Feddej taghna. 

Ezempju wiehed. Imnissla bla tebgha ta’ dnub, Marija tistedinna mmeru lil qalbna biex ma nimxux mal-passjonijiet u l-gibdiet ta’ gisimna, imma nwarrbu kull kwalita’ ta’ dnub. Imwieled ghalina fl-akbar umilta’, Gesu’ Tarbija jistedinna nilqghu l-fidwa li kiseb ghalina biex ighollina ’l fuq lejn id-dinjita’ li tana Alla. Kull celebrazzjoni ta’ l-Immakulata u tal-Milied huma ghalina stedina li ngeddu l-impenn taghna biex niehdu b’serjeta’ l-hajja nisranija taghna matul is-sena. Inhobbu lill-Kuncizzjoni bil-fatti. Inhobbu lil Gesu’ Kristu bil-fedelta’. 

Nawguralkom l-isbah ferh  ta’ Ommna Marija Immakulata u ta’ Binha l-Feddej taghna. 

 

 

 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com