Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Riflessjoni

Kan. Joe Mifsud


 

Fiż-żgħożija jkollok xewqa kbira biex tagħmel esperjenzi ġodda, tgħaddi mill-eċċitament u fil-ħajja tipprova naqra minn kollox. Xi drabi, nies mhux żgħażagħ jaslu saħansitra jagħmlu xi bluhat biex jiskopru xi ħaga ġdida. Tajjeb li l-ħajja żżommha nteressanti u ta’ sfida. Min jinghalaq f’dinja waħdu jitlef ħafna mill-gost u s-sabieħ tal-ħajja. Irridu nkunu attenti li l-ġdid mhux bil-fors ifisser li hu xi ħaga tajba. 

Min hu matur jaf li l-affarijiet tal-ħajja ma tqishomx biss minn dak li jleqq jew li jidher minn barra. Xi kultant esperjenza li swietlek ħafna sagrifiċċju u mpenn hija ta’ valur akbar minn esperjenza li tagħtek ħafna pjacir u sensazzjoni. Xi kultant facli nsibu ruħna f’sitwazzjonijiet li mhux dejjem jagħtuna l-gost li nixtiequ, imma l-bżonn tagħhom jibqa’ ta’ valur kbir. 

Dan kollu jwassalna biex norbtu kull ma ngħaddu minnu mal-ħtiega ta’ riflessjoni kontinwa li rridu nitgħallmu nagħmlu fil-ħajja. Dan igħodd għaż-żgħażagħ; imma wkoll għal kull min qed ifittex li ħajtu jgħixha b’mod sħiħ, bi skop u b’sodisfazzjoni li jibqa’. Ir-riflessjoni tista’ tagħzel li taħrabha b’ħafna xogħol, attiviżmu, storbju u ħolm. Minghajr ma tieqaf taħseb, ta’ xejn tagħmel ħafna esperjenzi sbieh u koroħ, għax ma titgħallem xejn. 

F”dan iz-zmien ta’ mistrieh ikun tajjeb li titghallem tieqaf u tahseb u tirrifletti. Bizzejjed l-ahbarijiet li jigru madwarna. Bizzejjed dak li tiltaqa’ mieghu fuq ix-xoghol. Sa l-istess grajja tal-hajja personali. Kollox huwa ghajn ta’ riflessjoni, li jekk tkun taf tqabbilha u tifhimha fil-dawl tat-taghlim u l-hajja ta’ Gesu’, tista’ tassew twasslek ghall-veru gherf tal-hajja. L-esperjenza tal-hajja meta hija marbuta mal-hsieb hija l-aqwa universita’ li tista’ titghallem fiha. 


 

 


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com