Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Addio

Kan. Joe Mifsud


 

“Ghad jigi jum, forsi mhux ‘l boghod, meta rridu naghtu l-ahhar tislima lill-hajja, lid-dinja, lil qrabatna u lil hbiebna. U meta se nergghu lura? Qatt. Ahna nitfaccaw fuq wicc din l-art, imbaghad nghibu, u ma nergghu nigu qatt lura. Dan l-imsejken gisem taghna li tant niehdu hsiebu jsir trab u ruhna tidher quddiem il-Hanin Alla…..Nghaddu hajjitna fil-pjaciri bla ma qatt nahsbu dwar l-eternita. Minhabba l-indifferenza taghna fis-servizz taghna lejn il-Mulej, naghtu lil dak li jkun x’jifhem li m’ahna se mmutu qatt”.  

Din hija silta mill-kitbiet ta’ San Gwann Marija Vianney, sacerdot ta’ talb u penitenza li bil-predikazzjoni u s-sagrament tal-qrar tant gab nies lura fi hdan Alla permezz tal-konverzjoni ta’ hajjithom. Il-Papa Benedittu qed jipproponi lil dan il-qaddis bhala mudell tas-sacerdoti billi din is-sena jahbat il-150 sena mill-mewt tieghu. 

It-tmien ta’ hajjitna ghax hija rejalta’ daqshekk qawwija, kapaci naharbu minnha. Matul dan ix-xahar niftakru fl-eghziez taghna li hallewna. Ma nistghux nieqfu fil-fjuri u x-xema. Ma nistghux nieqfu fl-oqbra. Kemm nahsbu fuq is-serjeta’ tal-hajja li qeghdin nghixu bhalissa? Kemm nahsbu fuq dak li hemm jistenniena wara l-mewt? Kemm nahsbu fil-hajja ta’ dejjem? “Nghaddu hajjitna fil-pjaciri bla ma qatt nahsbu dwar l-eternita’”. 

Uhud jargumentaw li mhemm xejn wara l-mewt. Ohrajn jabbuzaw mill-hniena u l-mahfra ta’ Alla. Xi whud jahsbu li jistghu jhallu ghall-ahhar meta jista’ jkun tard wisq. Imma l-istess raguni turina li ma nistghux inpoggu it-tajjeb u l-hazin fl-istess keffa tal-mizien. Alla jaghti lil kulhadd il-mezzi kollha mehtiega biex hadd ma jintilef; imma kulhadd imur igawdi lil Alla fl-eternita’. Il-hsieb tal-mewt u tal-gudizzju aktar milli johloq fina l-biza’ ghandu jnissel fina attenzjoni dwar id-decizjonijiet li niehdu, il-mod kif ingibu ruhna u kif nghixu, id-diskors li nghidu, l-apatija jew l-interess fil-hwejjeg ta’ Alla.  

Din is-sena kelli kuntatt mill-qrib ma’ persuni li kienu jafu li qeghdin vicin il-mewt. Bqajt impressjonat meta qaluli li ma kellhom ebda biza’ mill-mewt. Aktar kellhom biza’ mill-ugiegh. Bqajt tassew mghaggeb bis-sens ta’ fiducja li kellhom f’Alla. Bqajt miblugh meta fl-ahhar mumenti ta’ hajjithom jlissnu t-talb. X’sens ta’ paci u ta’ konsolazzjoni! 

Tajjeb niehdu l-parir ta’ San Gwann Marija Vianney : “Ejjew inhejju lilna nfusna ghall-mewt....biex ikollna mewta tajba hemm bzonn li nghixu tajjeb; biex nghixu tajjeb hemm bzonn li naghmlu ezami tal-kuxjenza bis-serjeta’.....B”dan il-mod, ma nistghux ma jirnexxilniex nikkoregu lilna nfusna u nsiru Nsara ferventi fi zmien qasir. Imbaghad, meta tigi l-mewt, inkunu ppreparati; inkunu kuntenti li sejrin il-genna”. 

 

 


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com