Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Ghadda zmienha


Kan. Joe Mifsud


 

 

Jizdied n-numru ta’ persuni li jahsbu li r-religjon ghadda zmienha u ma ghadhiex tiswa ghall-hajja tal-bniedem. Ir-ragunijiet li jwasslu ghal dan jistghu jkunu diversi. Esperjenzi negattivi. Influwenza ta’ letteratura. Nuqqas ta’ edukazzjoni nisranija permezz tat-taghlim. Xhieda kontra valuri u principji nsara.

B’kuntrast timpressjona ruhek meta tara jew tisma’ b’attivitajiet marbuta mal-fidi li jigbru warajhom il-folol, anke hafna zghazagh. Mhux qed nifhem ghall-postijiet ta’ devozzjoni jew turizmu religjuz, imma kungressi internazzjonali ta’ kultura nisranija u celebrazzjonijiet nsara li tassew jimlewk bit-tama u bil-kuragg.

Naqbel ma’ min jifhem li ma tistax thaddan religjon li tieqaf biss fir-religjozita’ minghajr spirtu haj. Naqbel ma’ min jichad religjon li ma tirrispettax l-intelligenza tal-bniedem. Naqbel ma’ min jarmi religjon li ma tfittix l-aspett socjali li jhares id-dinjita’ tal-persuna umana, il-gustizzja socjali u l-harsien ta’ l-ambjent. Kollha huma forom ta’ religjon li jaghtu aljenazzjoni lill-bniedem.

Imma r-religjon fil-fatt mhix hekk. Nizbaljaw nichdu l-aspett religjuz fina, ghax huwa haga wahda man-natura umana taghna u minghajru niftaqru. Nizbaljaw meta ma naccettawx zbalji jew fallimenti personali u narmu r-religjon jekk mhux ukoll naghmluha oggett taz-zufjett. Nizbaljaw jekk nafu biss religjon tal-qoxra u rridu nargumentaw bil-fehma taghna minghajr ma nafu l-verita’.

Kull ideja tar-religjon li hija mibnija fuq kmandamenti, kuncetti, ritwali u kultura hija tassew irrilevanti ghall-bniedem. Ir-religjon issib it-tifsira vera taghha meta twassal ghar-relazzjoni personali ta’ mhabba mal-persuna ta’ Alla kif gharrafhulna Gesu’ stess. Kemm jinbidel id-diskors. Kemm jinbidlu l-argumenti. Kemm insibu sens gdid u tifsira gdida fil-hajja nisranija.

Dan juri l-importanza u l-urgenza li bhala parrocca nishqu fuq it-taghlim. Mhux biss ghat-tfal taghna, imma wkoll ghall-kbar permezz tal-katekezi ta’ l-adulti u kull darba li niccelebraw is-sagramenti. X’dispjacir li din il-haga mhix tinftiehem. Lanqas minn min imissu jifhem ahjar u jiehu sehem aktar dirett. Ir-rilevanza tar-religjon nisranija tigi mill-esperjenza ta’ bidla, ta’ paci u ta’ liberta’ li ssib fil-persuna ta’ Gesu’ Kristu.

Naccertak li jekk ir-religjon ghalik issir esperjenza ta’ fidi f’Gesu’, zgur li ma tahsibhix li ghadda zmienha.


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com