Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


TFITTXIJA GHALL-VERITA’


Kan. Joe Mifsud


 

 

 

Taht l-isem ta’ l-imhabba accettajna stili ta’ hajja u modi ta’ mgieba li huma ’l boghod mis-sewwa. Taht l-isem tar-religjon naghmlu festi u pageants nieqsa minn spirtu ta’ fidi nisranija. Taht l-isem tad-dinjita’ tal-persuna umana warrabna kull principji u valuri biex kulhadd ikun hieles u jaghzel li jrid.

 

L-egoizmu, il-pjacir u r-relattivizmu jehduna ‘l boghod mill-verita’. Nizbaljaw jekk nemmnu li nistghu niddeciedu, naghzlu u naghmlu li rridu minghajr ma jindahlilna hadd. Nizbaljaw meta nghidu li kull religjon hija tajba u tista’ taghzel liema trid u dak li trid. Nizbaljaw meta l-interessi personali jigu l-ewwel u ma nqisux id-dmirijiet personali, ir-rispett u d-drittijiet ta’ l-ohrajn.

 

Bhalissa fil-komunita’ nisranija taghna f’Bormla jew ahjar fil-parrocca se nibdew bis-Sibtijiet tal-Kuncizzjoni. It-tema li ntghazlet ghal din is-sena hija MARIJA: QADDEJJA TAR-RIEDA TA’ ALLA. Jidher li ahna l-insara qed nigu mehuda mill-mentalita’ li flok taccetta lil Alla ta’ Gesu’ Kristu, tkun kuntenta b’forma ta’ religjon lil hemm mill-fidi. Ma naghmlux differenza bejn tghid li temmen u tghix dak li temmen. Nikkuntentaw b’forom ta’ religjozita’ li ma jaghtunix l-hajja ta’ Alla fina; u nahsbu li qed inqimu lil Alla jew inhobbu lill-Madonna. Nghixu kif irridu u mbaghad nigi niccelebraw festa lill-Kuncizzjoni Immakulata.

 

Il-hajja u l-eghmil ta’ Sidtna Marija jitkellmu b’mod car. Ma hemmx accettazzjoni ta’ Alla f’hajtek minghajr ubbidjenza ghall-kelma ta’ Alla. Ma hemmx fidi f’Alla minghajr il-harsien tal-kmandamenti ta’ Alla. Ma hemmx  hajja nisranija mifruda minn dak li jrid Alla. Il-Bormliz nisrani li jghid li jemmen u li ghandu mhabba ghal Marija Immakulata jrid ifittex li jkun jixbahha f’hajtu. Jixbahha meta jfittex ir-rieda ta’ Alla kif imfissra fil-kmandamenti u t-taghlim tal-knisja. Jixbahha meta jkun differenti mill-ohrajn ghax ihaddan il-verita’ ta’ l-evangelju.

 

Dan hu l-iskop tas-Sibtijiet tal-Madonna ghal din is-sena.  Nitlob lill-Vergni Marija tqanqal il-qlub tal-Bormlizi nsara devoti vera taghha biex bil-qawwa tal-Kelma ta’ Alla u l-Ewkaristija jikbru bhala dixxipli ta’ Gesu’. Nitlob lill-ahwa tal-komunita’ biex jigbdu membri ohra fi hdan Gesu’ permezz ta’ Marija. Ejjew inkomplu niccelebraw festa lil Marija Immakulata li tkun espressjoni ta’ fidi u mhabba sinciera.


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com