Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

PROGETT TA’ TAMA



Kan. Joe Mifsud


 

L-aghar li jista’ jigrilek fil-hajja hu li tintrebah mill-qtiegh ta’ qalb. Veru miskin min jitlef it-tama. Ghalhekk hu mportanti li jkollok vizjoni li taghti sens lil hajtek. Importanti li jkollok principji li fuqhom tmexxi lil hajtek. Trid tkun taf tahseb u thaddem bil-ghaqal il-liberta’ tieghek. Allahares thalli lilek innifsek tingarr mic-cirkustanzi, minn dak li thoss u li jfettillek. Bniedem matur jiehu kontroll  ta’ hajtu f’idejh u jimxi f’direzzjoni. Ma jinghalaqx fih innifsu.

Dan nghiduh ukoll ghal hajja tas-socjeta’ taghna. Tiddejjaq tisma’ min ighid li fostna hawn qtiegh ta’ qalb kbira. Zgur mehtiega vizjoni li rridu nilhqu fuq il-belt taghna. Irridu linji gwida li jharsu d-dinjita’ ta’ din il-belt. Irridu hidma li tmexxi ‘l quddiem f’armonija l-hajja taghna flimkien. Irridu nwaqqfu min jaghmel hsara u jpoggi lura l-isforzi ghall-gid tal-komunita’. Iktar hidma koordinata u flimkien li thalli rizultati biex fit-tul taz-zmien jaghtu effett pozittiv u dejjiemi.

F”dan ix-xahar niccelebraw l-Irxoxt biex nirriflettu u nissahhu fil-virtu’ tat-tama. Il-verita’ mhix fil-hazen u fl-ingustizzja. Is-sewwa mhux fl-egoizmu u fl-indifferenza. It-tama mhix harsa lura fil-passat; imma hija harsa ‘l quddiem b’kuragg u determinazzjoni. Ir-rebha ta’ Kristu Rxoxt ghandha tqawwi l-qalb taghna personali, fil-hajja taghna fil-familji u flimkien fis-socjeta’. Kristu Rxoxt jghallimna il-qawwa tas-sagrificcju biex inhobbu u naghtu kontribut socjali. Kristu Rxoxt jghallimna d-dimensjoni tal-fidi li tinfluwenza l-hajja pubblika u titfisser f’impenn. Kristu Rxoxt icanfar lil min mhux responsabbli, onest u trasparenti fil-qadi ta’ dmirijietu. Kristu Rxoxt jaghmel sejha lill-ghaqdiet socjali u lil diversi ndividwi biex jaghmlu ezami taghhom infushom u jwettqu pjan ta’ azzjoni u kontribut lis-socjeta’ taghna.

Nghid dan b’tama li l-progett li ghandha l-parrocca jqajjem entuzjazmu u hegga fostna billi jkun bidu li jcaqlaq hafna ohrajn. Diga kellna persuni godda li resqu biex jaghtu sehemhom f’kamp socjali u edukattiv. Se nwessghu l-progett biex ikun holistiku u haj. Dan l-ahhar kellna evalwazzjonijiet, diskussjonijiet, analizi u laqghat. Jonqos l-essenzjal. Decizjonijiet konkreti. Persuni li jxammru l-komom. Passi zghar li jkomplu u ma jiqfux.

Fi Kristu Rxoxt naghmlu kuragg u nitheggu fit-tama.

L-Arcipriet


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com