Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Nagħti Sens lil Ħajti


Kan. Joe Mifsud


 

X’importanza kbira li jkollok car quddiemek ghal x’hiex qed tghix. Dan l-iskop taghrfu jekk tiehu hajtek b’serjeta’ u mpenn. Anke mal-mixja tas-snin, tibda thares lejn il-hajja b’mod differenti u allura taghraf aktar is-sens tal-hajja. Ir-responsabilta’ tghinek issib is-sens ta’ hajtek. Trid titghallem issib is-sodisfazzjon fik innifsek u fis-sabieh tal-hajja.

Xi drabi nsibu l-hajja iebsa. Forsi tort taghna u forsi mhux, nidhlu f’tahwid li jfixkel jew itaqqal is-sens ta’ hajjitna. Bhal xejn ma nirragunawx li ahjar ma tahseb u ma tinkwieta xejn. Hemm periklu li naraw madwarna kollox ikrah. Ikun facli nerhu r-riedni minn idejna u nintelqu. Jekk jigri hekk fil-genituri, it-tfal ikollhom diffikulta’ akbar biex jikbru bi skop u b’responsabilta’ ghall-futur.

X’importanza li jkollok car quddiemek ghal x’hiex qed tghix. X’importanza li jkollok fiducja fik innifsek u fid-don tal-hajja. X’importanza li temmen fil-hajja. X’importanza li l-fidi f’Alla tkun qawwa go fik li tghinek tghix b’mod shih.  Is-sens tal-hajja nsibuh meta naghrfu x’inhu t-tajjeb, meta nemmnu fis-sagrificcju, meta nitghallmu nghixu f’relazzjonijiet sincieri u ta’ mhabba ma’ l-ohrajn, meta naqdu dmirijietna xieraq, meta naghmlu l-gid madwarna.

Alla hu ferh. Il-hajja mghixha f’rabta ma’ Alla tista’ taghtina dan il-ferh. Irridu nitghallmu nifthu qalbna ghal Alla b’hajja tajba. Insibu ostakli. Nghaddu minn qtiegh ta’ qalb. Imma Alla zgur ikun fina u nsibu s-sens li ghalih qed nghixu. Irridu nemmnu u nharsu fil-boghod. Forsi anke nitghallmu nistennew. Imma Alla zgur li lesta hajja fil-milja taghha ghal dawk li jhobbuh.


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com