Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

Marija Teħodna
għand Ġesù


Kan. Joe Mifsud


 

Is-solennita’ tal-Immakulata Kuncizzjoni Marija turina l-mod tal-ghageb li bih Alla habb lil din it-tfajla ta’ Nazaret, u fiha habb lilna l-bnedmin kollha. L-imhabba ta’ Alla fissret it-tigdid ta’ dak kollu li l-bniedem kien kisser bl-agir tieghu. Haseb li jista’ jkun bhal u daqs Alla. U spicca biex tilef l-istess sbuhija ta’ l-umanita’ li biha kien zejnu Alla. L-immakulata – mnissla minghajr tebgha tad-dnub – tfisser li Alla gedded f’Marija dak li kien fil-bidu u ried li jifrex din l-imhabba tieghu lil kull bniedem.

Kollox sehh f’Marija bil-qawwa tal-fidwa tal-Mulej Gesu’. Ghalhekk li Marija taghtina ‘l Gesu’; ghax hu biss jista’ jsalvana u jaghtina l-hajja gdida li kiseb ghalina. Bhal Marija naghrfu li s-Setghani ghamel maghna hwejjeg kbar. Marija Immakulata tghidilna biex nimxu wara Gesu’ fil-hajja taghna u nghixu hajja li fiha nwarrbu d-dnub u nimxu fuq it-taghlim tieghu.

“Aghmlu dak li jghidilkom hu”. Jekk qed f’salib it-toroq tal-hajja. Jekk iz-zwieg tieghek thossu jidghajjef. Jekk hemm nuqqas ta’ ghaqda fil-familja. Jekk il-problemi tieghek thosshom akbar minnek. Jekk tinsab fl-isqaq tal-vizzju. Jekk tlift il-gost li tghix.

Jekk ma tistax tfiq mill-marda tieghek. Jekk......Marija Immakulata tghidlek tilqa’ f’hajtek b’impenn lil Gesu’ u thallih bil-mod u fuq tul ta’ zmien igedded fik il-hajja tieghu. F’Gesu’ biss hemm twegiba ghal kull bzonn li ghandna fil-hajja taghna. Ghalhekk Marija Immakulata taghtina lil Binha Gesu’ bhal salvatur taghna.

 


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com