Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Solidarjeta’ 


Kan. Joe Mifsud


 

Fil-bidu ta’ Sena Gdida xtaqt infisser ix-xewqat tajba li nwasslu lil xulxin. Jekk dawn ix-xewqat ikunu mwettqa zgur li nkunu ta’ ghajnuna lil xulxin u ngibu ‘l quddiem il-hajja socjali taghna. Il-kapitlu 12 versi 9 sa 21 mill-ittra lir-Rumani jghallimna hafna kif ghandna nghixu flimkien. Ha naghti ftit ezempji konkreti. 

Fittxu li tistmaw lil xulxin.

Kemm hu sabieh li nuru rispett ghal xulxin. Fil-konkret dan ifisser li ghandna nosservaw il-ligijiet dwar il-gbir ta’ l-iskart u l-indafa fit-toroq, li ma ndoqqux muzika tghajjat li ddejjaq lil ta’ madwarna, li ma nhallux klieb jinbhu sahansitra mal-lejl jew ihammgu t-toroq, li nwettqu vandalizmu, u jekk noqoghdu fi blokkijiet niftakru li ma ahniex wahedna. Noholqu kuxjenza li ma tistax taghmel li trid. 

Troddu lil hadd deni b’deni.

Mhix haga facli li nahfru. Imma hija haga li taghmel hafna hsara meta kliemna jew ghemilna jaghzel il-vendikazzjoni. Tassew haga kerha meta fost il-familjari nibqghu nzommu f’qalbna. Irridu nitghallmu l-mod civili kif nsolvu l-indifferenzi ta’ bejnietna. Meta l-emozzjonijiet jigru bina nkabbru l-istorja u nispiccaw f’aktar inkwiet. Noholqu kuxjenza li nikkoregu u nargumentaw ma’ xulxin bir-raguni u bis-sens. Noholqu kuxjenza li l-umli la hu gifa u lanqas dghajjef. 

Tahmlux il-hazen; zommu mat-tajjeb.

Hu dmir taghna li meta naraw abbuzi jsehhu madwarna niehdu azzjoni. Nafu b’kazijiet ta’ droga, uzura, tfal fil-hwienet, u fatti ohra. Ma nistghux nibqghu passivi. Meta nisktu nkunu qed inhallu l-hazen jikber. Kulhadd jaf persuni ta’ fiducja ma’ min jista’ jitkellem biex tittiehed azzjoni. Noholqu kuxjenza li mhux kollox ighaddi. 

Ibku ma’ min jibki.

Kemm hi haga sabieha li meta xi hadd girien taghna jtemm hajtu fuq din l-art nuru solidarjeta’ ma’ xulxin. In-nisrani veru ma jonqosx li jiehu sehem fic-celebrazzjoni tal-quddiesa tal-funeral. Dan hu l-ahjar u l-aqwa mod kif nuru rispett u mhabba. Mhux nattendu minhabba kurzita’ jew emozzjoni, imma aktar frott karita’ nisranija msahha mit-tama tal-hajja ta’ dejjem. Noholqu kuxjenza ta’ familja li nafu nhossu ghal xulxin. 

Nixtieq lill-Bormlizi kollha Sena Gdida bix-xewqat li mmorru ‘l quddiem matul is-sena li gejja. Zgur hemm ezempji ohra li tafu bihom. Ejjew niehdu l-parir ta’ San Pawl li jghidilna “Thallux il-hrara taghkom tibred, theggu fl-ispirtu, aqdu lill-Mulej”. Iz-zmien li qed nghixu fih jitlob minn a li nkununsara li naghmlu differenza fis-socjeta’ li ahna nghixu fiha. Lil din is-socjeta’, ahna bhala komunita’ nisranija li tidher f’impenn irridu nwasslu messagg ta’ kuragg u tama li jgib bidla u entuzjazmu fostna. 


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com