Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

storja ta Mħabba



Kan. Joe Mifsud


 

”Billi gie mahluq mill-imhabba, il-bniedem ma jistax ighix minghajr imhabba: jew ihobb lil Alla jew ihobb lilu nnifsu u lid-dinja. Uliedi, ghandna bzonn il-fidi....Meta m’ghandniex fidi, ahna nies ghomja. Dak li ma jarax, ma jafx; dak li ma jafx, ma jhobbx; dak li ma jhobbx lil Alla jhobb lilu nnifsu, u fl-istess hin ihobb il-pjaciri tieghu. Hu jorbot ruhu ma’ hwejjeg li jghaddu bhad-duhhan. Ma jistax ikun jaf il-verita’, lanqas xi haga tajba ohra; ma jista’ jkun jaf xejn hlief dak li hu falz, ghaliex m’ghandux dawl; hu jinsab fic-cpar. Kieku kellu d-dawl kien jara car li dak kollu li jhobb ma jista’ jaghtih xejn hlief il-mewt eterna”.

Taghlim car u attwali. Kemm hu veru li l-bniedem minghajr imhabba ma jimla qalbu qatt  b’xejn. Meta thobb u tkun mahbub qalbek timtela bil-hajja. Xi drabi l-imhabba tista’ anke twegghek. L-izball meta l-bniedem jinganna lilu nnifsu u jaghzel imhabba qarrieqa. Il-boghod mill-verita’.


Ghandna bzonn il-fidi biex  biha naghrfu li l-istorja ta’ hajjitna hija storja ta’ mhabba. Storja li tibda minn Alla u l-bniedem ikompliha aktar kemm jiftah qalbu ghal din l-imhabba ta’ Alla. X’dizgrazzja li tista’ taghma u ma taghrafx din l-imhabba. Kemm tiddallam il-hajja, kemm tkun tqila l-hajja, kemm tinhass bla sens u kemm tinqabad f’nases. Meta nhallu lil Alla jmexxina zgur li nimxu f’toroq, anke jekk imhattbin u mserpin li fihom nghaddu mill-imhabba ta’ Alla ghalina.

Ghalhekk irridu naghrfu lilna nfusna bhala holqien ta’ Alla li ngorru fina x-xbieha tieghu. Alla tana ntelligenza, liberta’ u rieda biex l-imhabba tieghu ghalina tidher fil-hajja taghna. Ghalhekk tana l-ghajnuna tal-kmandamenti. Imma l-ewwel u l-aktar importanti hi l-fidi bhal ghazla u rabta mal-persuna ta’ Gesu’ Kristu li jikxfilna l-imhabba fil-qalb ta’ Alla. Ghalhekk ukoll il-Knisja li thabbrilna l-kelma ta’ Alla, tqaddisna bis-sagramenti u tistedinna ghat-talb.

Mulej, qawwa tieghi, aghmel li nkun inhobbok.


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com