Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Proġett Akbar


Kan. Joe Mifsud


 

Bhalissa qed nistennew li jinbeda l-progett fuq il-manutensjoni u r-restawr tal-knisja parrokkjali taghna. Progett fuq erba’ snin mill-fondi strutturali ta’ l-Ewropa biex jaghti dehra u hajja gdida lill-parrocca taghna.

Forsi ma jiginiex f’mohhna li quddiemna hemm ukoll progett akbar: IL-PROGETT TA’ ALLA GHALINA. L-akbar progett li ghandha quddiemha l-parrocca hu li twassal l-imhabba ta’ Alla ghalina l-bnedmin kollha. Dan hu progett mfisser fil-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu. L-iskop li naghmlu zmien ir-Randan huwa propju biex ahna nidhlu f’dan il-progett ta’ mhabba ta’ Alla mfisser fil-fidwa li Gesu’ kiseb ghalina.

Ghandna hsarat fis-socjeta’ u fil-familji taghna, u fil-hajja personali taghna. Hsarat li meta ma tehux hsiebhom ikomplu jikbru u jhallu effett fuq ta’ madwarna. Hsarat li jtaqqlu l-hajja taghna u jkerrhuha u li rridu nirrangaw biex intejbu l-hajja ta’ xulxin u taghna nfusna. Ghandna bzonn manutensjoni u restawr fil-qalb ta’ hajjitna.

Kollox jibda minn kemm ahna konvinti mill-imhabba kbira u hanina ta’ Alla ghalina u ghal kull bniedem. Din l-imhabba terfaghna u tghollina ‘l fuq fid-dinjita’ ta’ bnedmin mahbuba u mahfura minn Alla. Imhabba li taghtina l-helsien u l-fejqan. Dan ifisser il-kurcifiss ghalina. Lejh irridu nharsu il-jiem kollha ta’ hajjitna. Hu t-triq, il-verita’ u l-hajja. Jaghtina l-qawmien.

Ejjew inhallu lil Alla jahdem f’hajjitna dan il-progett kbir tieghu ghalina. Nahtfu dan iz-zmien tar-Randan. Is-smiegh tal-kelma ta’ Alla waqt l-ezercizzi u l-quddies hu l-mod kif Alla jahdem fina dan il-progett tieghu ghalina. Ix-xoghol il-kbir jaghmlu HU.


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com