Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

PROGETT TA’ TIĠDID



Kan. Joe Mifsud


Hemm differenza bejn tirrestawra u taghmel il-gdid. Il-gdid maz-zmien jista’ jgarrab xi hsara jew tifrik. Fir-restawr ma tergax taghmel il-gdid, imma tohrog l-apprezzament tal-qadim u ssahhu ghal quddiem. Hafna mix-xoghol li se jsir fil-progett ta’ l-Unjoni Ewropeja fil-parrocca hu mahsub li jkun aktar restawr u apprezzament ta’ l-antik.

Dan hu x-xahar meta niftakru fil-qawwa ta’ Alla li mhux biss jirrestawra l-qadim imma kapaci jaghmel gdid dak li jkun garrab il-hsara u t-tifrik. Nistghu nfissru b’dan il-mod il-hajja u l-missjoni ta’ l-Ispirtu s-Santu fil-Knisja u fid-dinja. F’hiex ghandna bzonn din il-hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu? L-Ispirtu s-Santu nitolbuh li jgeddidna billi:
-   nissahhu jew nissaffew fil-hajja tal-fidi billi fil-mod kif nghixu nidhru li ngorru
f’hajjitna lil Gesu’ Kristu,
-   naghzlu bhala prijorita’ tal-parrocca l-evangelizazzjoni u l-katekezi billi noffru u
nahtfu kull opportunita’ ta’ taghlim u formazzjoni,
-   ningharfu fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna illi tassew ninhabbu bejnietna, b’mod li ma
jinhassux sentimenti ta’ ghira, rivalita’ u ambizzjoni,
-   nuru nteress fil-persuni fil-bzonn l-aktar dawk li jinhbew fostna biex nghixu
solidarjeta’ u hniena maghhom,
-   nikbru f’komunita’li ninkuraggixxu  kull persuna twettaq impenn skond il-karizma li
ghandha biex fi spirtu ta’ servizz, tghin biex isir il-gid ghall-ghaqda u l-missjoni tal-
Knisja.

Il-progett ta’ Alla ghalina hu zgur progett li jgedded lil hajjitna u allura jgedded madwarna. Hu spirtu li jgedded il-wicc ta’ l-art. Is-Solennita’ tal-Pentecoste marbuta mal-jiem tal-kwaranturi fil-parrocca ghandha twasslilna messagg ta’ tigdid u ta’ hegga. Gesu’ fl-Ewkaristija espost ghall-adorazzjoni taghna fil-knisja ta’ San Pawl mis-7.30°.m. sat-8.00p.m. zgur li jzomm haj fina dan it-tigdid u hegga fil-hajja taghna u tal-parrocca matul is-sena kollha.


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com