Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

Alla jaghti l-Hajja



Kan. Joe Mifsud


 

 

Nipprova naqsam maghkom hsieb li jkun ta’ gid ghall-hajja taghkom. Naf li f’dan ix-xahar, mohhna u qalbna jmorru fl-eghziez taghna li hallewna. Ilkoll inhossu l-firda taghhom. Uhud ma jaslu qatt biex isibu sabar u farag. Tassew hija tqila l-firda tal-mewt.

Nixtieqkom imma li tahsbu ftit fuq riflessjoni ta’ Carlo Carretto fil-ktieb tieghu fuq il-fidi tal-Madonna. Ighid hekk : “Izda l-mewt tabilhaqq mhix dik tal-gisem: din l-izjed li hi sinjal tal-ohra, ix-xbieha tal-biza’, li tidher u li tinhass. Il-mewt tabilhaqq hija l-“firda” minn Alla, li wiehed ma jistax jissaportiha; il-mewt tabilhaqq hija n-nuqqas ta’ fidi, in-nuqqas ta’ tama, in-nuqqas ta’ mhabba”.

Minhabba li fiz-zminijiet li qed nghixu fihom tinhass krizi ta’ fidi, donna nqisu l-hajja biss fuq is-sens materjali. Xi drabi dan jidher fic-celebrazzjoni tal-funerali. Irridu lill-mejtin fic-centru minflok lil Gesu’ Kristu li jsalva lill-mejtin. Nieqfu fuq dak li nhossu u naraw, minghajr ma ndahhlu l-qawwa tal-fidi f’Alla. Nitilfu anke s-sens u l-qawwa tat-talb, biex flok celebrazzjoni ta’ fidi naghmlu serata lill-mejjet.

Dan juri li l-bniedem mhux jaghraf il-verita’ shiha. L-ikbar mewt hija l-firda min Alla. X’wassal lill-bniedem biex ighix qisu Alla ma jezistix? X”wassal lill-bniedem biex ighix qisu mhemm xejn wara din il-hajja? X’wassal lill-bniedem biex ma japprezzax il-qawwa tal-fidi li taghti t-tama fil-hajja u tghallem l-imhabba vera?

Kelma wahda. Jekk Alla mhux f’hajtek fil-mod kif qed tghix, int persuna mejta. Il-mewt tieghek tkun telfien ghal dejjem. Ghandek ic-cans li tghix. Il-fidi taghtik il-hajja. It-tama tinmlik bil-qawwa. U l-imhabba ddahhlek fil-hajja ta’ dejjem.


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com