Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Nerġgħu Niltaqgħu


Kan. Joe Mifsud


 

F’dawn ix-xhur ssir l-assemblea parrokkjali. Importanti li l-haga ma tindarax ghax inkella ssir rutina. Importanti li l-iskop taghha jintlahaq biex johrog xi haga minnha. Din is-sena se nkunu qed naghmlu kuntatt ma’ diversi persuni biex naraw il-qaghda u x’inhu mistenni biex fil-hajja tal-parrocca jinhass aktar entuzjazmu, impenn u hegga.

Il-komunita’ nisranija, jew kif nifhmuha ahna l-parrocca, quddiem il-bidliet ta’ zminijietna ma tilfitx l-iskop u l-missjoni taghha. Forsi saru aktar difficli. Jitolbu aktar hsieb krejattiv. Kuragg biex nohorgu mit-tifsila li dhalna fiha u nfasslu l-gdid. Dan ma jfissirx li narmu li ghandna. Imma li nkunu effettivi. Li nilhqu lin-nies. Li nwasslu l-Ahbar it-Tajba li tinteressak u tigbdek.

Dan hu l-iskop li ghalih nieqfu nirriflettu. Quddiem il-fatt li l-komunita’ taghna qed dejjem issir aktar anzjana, quddiem in-nuqqas ta’ persuni li jkunu lajci ta’ mpenn fil-komunita’, quddiem il-guh u l-ghatx tan-nies ghall-esperjenza li timla qalbhom, quddiem bzonnijiet godda li jinholqu, l-assemblea ghandha tassew sens ghax hija laqgha li tigborna flimkien biex insahhu lil xulxin u nsibu toroq godda.

Minn dak li nghad qed tinhass il-prijorita’ li ghadna tinghata lit-tfal, anke biex bihom nilhqu lill-genituri. Ejja biex taqsam il-fehma tieghek ukoll. Nistiednek ghalhekk ghall-ewwel sessjoni li se tkun it-Tnejn, 25 ta’ Ottubru fis-6.45p.m. fic-Centru Sagra Familja.


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com