Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Għajnuna fit-Toqol tal-Ħajja


Kan. Joe Mifsud


 

 

Missier qabbad lit-tifel igorr bagalja tqila. It-tifel ipprova imma ma setax iqandilha. “Tqila wisq, pa!” “Imma int ghamilt hiltek kollha?” “Kollha, imma ghalxejn!” “Le, ghadek ma ghamiltx hiltek kollha ghax ghadek ma tlabtx l-ghajnuna.”

Il-bagalja tqila tista’ tkun il-qaghda tal-hajja taghna ta’ kuljum. Kultant, il-hajja taf thossha tqila iktar minn drabi ohra. L-aktar meta jinqalghu cirkustanzi li ma jkollokx kontroll fuqhom. Jew meta r-responsabilta’ taghfsek xi ftit. Mhux bizzejjed taghmel hiltek kollha. Ghalkemm din hi mehtiega u mportanti hafna. Xorta wahda ma tasalx wahdek.

Illum tisma’ b’hafna li jghaddu minn stress jew ansjeta’; isofru minn ghejja mhux normali jew ugiegh tar-ras kontinwu; jaqghu fi dwejjaq kbar u jinhakmu minn qtiegh il-qalb. Fil-fatt diversi nies jitolbu l-ghajnuna tas-social worker, it-tabib u l-counsellor, il-psikologu jew il-psikjatra.

“Nerfa’ ghajnejja lejn il-gholjiet. Mnejn se tigi l-ghajnuna. L-ghajnuna tieghi mill-Mulej li ghamel is-sema u l-art”. Din kienet il-fiducja tas-salmista li l-problemi ta’ hajtu kien jarahom qishom gholjiet li ma jistax jitla’; l-istess bhall-bagalja tqila tat-tifel. Int titlob l-ghajnuna ta’ Alla? Zgur issib il-qawwa taghmel il-parti tieghek. Zgur li fik jikber il-kuragg u ssib tama gdida. Zgur tirbah tfixkel li jxekklek u jsammrek. Alla hu dak li jghinna.

Marija Immakulata permezz tas-Sibtijiet taghha twasslilna din l-istedina biex bhalha nsibu l-ghajnuna fis-smiegh tal-kelma ta’ Alla; biex permezz tal-quddiesa insahhu l-ghaqda taghna ma’ Binha Gesu’ li miet fuq salib ghalina ; biex nitghallmu nghixu hajja mibnija fuq l-imhabba sinciera u rassenjata mal-hsieb ta’ Alla.

L-ghajnuna hija doppja. Marija tghinna zgur ghax titlob maghna u ghalina lil Gesu’. Ejjew naghmlu uzu mill-imhabba ta’ Gesu’ ghalina permezz ta’ Marija f’dawn is-Sibtijiet. Tibzax, il-bagalja tibqa’ tqila imma nerfghuha zgur.


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com