Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Ħeġġa Ġdida


Kan. Joe Mifsud


 

Nistqarr maghkom li l-akkwist tal-progett mill-fondi strutturali ta’ l-Ewropa ghall-parrocca nissel fija hegga gdida u kuragg fil-hidma tieghi u fil-mod kif inhares lejn il-missjoni tieghi. Fil-hajja facli tidhol f’rutina u titlef l-interess. Tinxef u ma tibqax krejattiv. Kultant niehu l-impressjoni li fil-komunita’ Bormliza hawn certa telqa, sfiducja u qtiegh ta’ qalb. Donni nhoss li uhud huma ta’ l-opinjoni li kollox ghal xejn. Ghalihom torganizza x’torganizza ma jirnexxix; taghmel x’taghmel ma jhalli l-ebda effett; qisu hadd ma jimpurtah minn xejn.  

L-esperjenza matul il-granet tal-festa titulari u wkoll fil-Gimgha Mqaddsa hija hafna aktar differenti. Mhemmx ghalfejn taghmel appelli lin-nies biex jattendu. Il-Kunsill Lokali wkoll organizza attivitajiet f’rabta ma’ l-Istrina u l-Milied li kienu hafna pozittivi. Is-socjeta’ Bormliza ghandha bzonn hafna aktar attivitajiet kulturali, sportivi u socjali. Hemm bzonn li l-impenn, kif jinghad minn hafna fil-jiem tal-festa, jinfirex matul is-sena kollha u mhux biss fil-jiem tal-festi. Jidhirli li beda jinhass spirtu gdid li bi ftit aktar hsieb u koordinament jista’ tassew ihalli kontribut fostna. 

Nemmen li veru naqsu r-rizorsi umani. Nappella ghalhekk biex aktar Bormlizi li hargu mill-belt taghna u jistghu jaghtu kontribut ma jibqghux lura. Is-sehem ta’ kulhadd ghandu jwassal ghal vizjoni u strategija biex fostna naraw aktar fatti u azzjoni konkreta. Per ezempju fejn jidhol l-ambjent. Qed isir tassew sforz. L-indafa tidher aktar. Ma nistax nifhem ghaliex fadal residenti li jibqghu ihammgu barra u hadd ma jkellimhom.L-intervent tal-pulizija fuq dan il-livell hu urgenti ladarba certi nies ma jitghallmux. Jehtieg li d-dehra tal-bankini u certi toroq titjieb. Zgur li bi ftit aktar hsieb, ippjanar u mpenn dawn il-hwejjeg jistghu jsiru. 

Irridu nzommu l-ispirtu haj u fil-gholi. Irridu nkunu kburin bil-belt taghna b’mod impenjattiv u mhux b’fanatizmu u diskors vojt. Irridu nuru li ahna nies li haddiehor irid jehodna b’serjeta’. Issa l-waqt li ndawru r-rota b’ritmu li niksbu rizultati pozittivi. Il-progett tal-parrocca hu marbut mal-hajja kollha tal-belt taghna u ghandu bzonn zviluppi fuq livelli ohra biex l-ghan tieghu jintlahaq b’mod shih. Nemmen li b’rieda tajba dan l-ghan jista’ u ghandu jintlahaq.  

 


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com