Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Missjunarji tal-Karita'




 

Il-missjoni  tagħna ġiet imwaqqfa fis-7 ta’ Ottubru 1950 minn l-imbierka Teresa ta’ Calcutta.

Spiritwalita’ 

Biex taqta’ l-għatx infinit ta’ Ġesu’ Kristu fuq is-salib għall-imħabba tal-erwieħ mill-professjoni tal-Kunsill Evanġeliku u bil-qalb kollha u b’servizz gratwit lil l-iktar fqar.L-Ispirtu tas-Soċjeta’ huwa wieħed ta’ fiduċja, li titlaq kollox u bi tbissima bħal ma’ għexu Ġesu’ u Marija fl-Evanġelju.Kariżma:    Għandi l-għatxMissjunarji tal-Karita ġewwa Bormla
Biex taqta’ l-għatx infinit ta’ Ġesu’ fuq is-salib billi taħdem għas-salvazzjoni u l-qdusija tal-fqar. Tgħix l-imħabba t’Alla permezz ta’ talb u eżempju f’ħajja imfassla fuq sempliċita’ u umilta tal-Evanġelju.  Tħobb lil Ġesu’ mibdul f’ħobż u taqdiħ fi dwejjaq tal-ifqar fost il-fqar, kemm materjalment u spiritwalment, tagħraf fihom u tbidilhom fi xbieha ta’ mħabba t’Alla.

Apostolat    

Min dan l-apostolat ta’ talb, kontemplazzjoni u qadi, għandha tkun l-akbar prova tagħna biex nipproklamaw lil Ġesu’ Kristu lil kull nazzjon, speċjalment lil dawk li nkunu qegħdin nieħdu ħsieb bil-ħajja sempliċi tagħna, ta’ talb u penitenza, b’atti umli ta’ mħabba kif ukoll xi kelma meta tiġi l-opportunita.  Nservuhom f’kull bżonn li jkollhom biex  b’hekk nkunu qed nwasslulhom lil Ġesu’.

Aħna nassistu lil morda u dawk il-foqra li qed imutu, niġbru u ngħallmu lil fqar u dawk it-tfal ta’ triq, nżuru u nieħdu ħsieb it-tallaba, pazzjenti bil-lebbra, nagħtu saqaf lil dawk abbandunati u bla djar. 

Nieħdu ħsieb l’imċaħdin, dawk neqsin mill-imħabba, min jinsab waħdu, alkoliżżati, prostituti, pazzjenti infettati bl-AIDS, drogati u dawk kollha li jiġu mwarrba mis-soċjeta’.
Missjunarji tal-Karita ġewwa BormlaF’Bormla ix-xogħol prinċipali tagħna huwa fost it-tfal, ħafna minnhom ġejjin min familji mifruda u b’ġenitur wieħed.  Ngħinuhom jagħmlu l-homework, noħduhom il-quddies u ngħallmuhom il-katekeżimu.  Aħna noħduhom jilgħabu ġo park. Għal grazzja t’Alla rnexxilna nagħmlu “Summer camps” bl-għajnuna ta’ ħafna voluntiera biex minn naqra li nistgħu, nizirgħu fil-qalb ta’dawn it-tfal li huma prezzjużi f’Għajnejn Ġesu’ u li huma maħbubin Minnu. Għandna familji li jiġu biex jingħaqdu magħna fil-ħin tat-talb u b’hekk jikbru fl-imħabba għal Alla. Aħna nagħmlu żjarat għand diversi familji u nitolbu magħhom biex id-dawl ta’ Ġesu jkun preżenti fid-dar tagħhom, ngħinuhom  fil-bżonnijiet kemm spirtiwali kif ukoll materjali bl-għajnuna tal-providenza t’Alla u bil-ġenerosita’ tal-Maltin. Aħna nżuru wkoll lil ħabsin fejn huma bil-għatx għal Ġesu’.

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com