Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


il-Kongregazzjoni Orsolina

Sr. Frances Buttiġieġ


 

The Servant of God - Mgr. Isidor Dei Conti FormosaIl-Kongregazzjoni Orsolina ġiet mwaqqfa fl-4 ta' Mejja 1887 mill-Qaddej t'Alla Mons. Isidor Formosa, bl-iskop li s-sorijiet jieħdu ħsieb it-tfal tan-nisa li joħorġu jaħdmu matul il-jum, l-edukazzjoni tat-tfal foqra u l-mod li bih intlaqgħu dawn is-sorijiet wera kemm din il-forma ta' ħidma ġiet apprezzata. Fl-istat ta' faqar u miżerja tal-epoka dan tqies bħalha rimedju għaliex b'hekk dawn in-nisa setgħu jaqilgħu l-għixien għall-familja tagħhom, fi żmien qabel ma' Malta saret 'welfare state'.

Il-Fundatur saħaq fuq il-fatt li s-sorijiet kellhom jgħixu l-ħajja ta' Marta u Marija, kontemplazzjoni u azzjoni, li bl-opri tal-karita' kellhom jitqaddsu u jixhdu għall-imħabba t'Alla għall-bnedmin. Il-glorja t'Alla u l-ġid ta' l-erwieħ huma l-għan li għalih ddedikaw ħajjithom.

L-istess konsagrazzjoni tagħhom qawwiethom biex jieħdu fuqhom din il-forma ta' appostolat li ta' l-frott mixtieq matul is-snin. Is-Sorijiet jgħixu r-regola Agostinjana u l-Kostituzzjonijiet propji. Sant' Angela, l-ewwel mara li għallmet lit-tfal foqra, tqiegħdet bħalha spirazzjoni ta' din il-Kongregazzjoni. Is-Sorijiet Orsolini ġewwa Bormla Is-Sorijiet Orsolini ġew Bormla fis-sena 1954.

L-ewwel superjura, Madre Roża Mifsud u l-komunita' bdew l-iskola fil-faqar L-Orsolini ġewwa Bormlaf'Ottubru 1955. Din l-iskola ħadnet il-preżenza ta' 200 tifel u tifla, għaliex l-iskola dak iż-żmien kellha ħames klassijiet. Il-Knisja annessa mall-Kunvent u l-iskola hi ddedikata lill-Madonna ta' Fatima u kull sena f'Mejju ssir il-festa. L-Orsolini sabu kamp fertili għall-ħidma tagħhom, li hi parti ntegrali mill-għixien tas-sejħa tagħhom.

Il-Fundatur enfasiżża l-edukazzjoni nisranija tat-tfal u l-importanza tagħha fil-formazzjoni tal-karattru. L-edukazzjoni tat-frott abbundanti matul is-snin. Fil-preżent dawn is-sorijiet qegħdin jagħtu servizz tagħhom fl-oqsma:

• Jgħallmu d-duttrina fiċ-Ċentru
• Ministri tat-Tqarbin
• Letturi
• Ħasil tal-hwejjeg ta' l-artali u l-quddiesa
• Sehem fil-Kunsill Parrokkjali

Is-Sorijiet Orsolini qegħdin ikomplu dak li qalet Sant' Angela Merici, "Sa' mill-eternita' Alla ħejja hekk: li dawk li jaqblu fil-ġid ad unur Tiegħu, ikollhom kull prosperita' u dak li jwettqu jkollu tmiem sabiħ għax l-istess Alla u kull kreatura tiegħu jkunu miegħu." (L-Aħħar Tifkira).

 

 

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com