Il-Kelma ta' l-Arċipriet
Inqumu Għal fidi
fi kristu
Kan. Joe Mifsud
 Jaghmel sens li tghid li temmen fi Kristu imma ma ghandekx bzonn religjon? Jaghmel sens li tara r-religjon bhala tfixkil jew bla bzonn fit-tfittxija ghal Alla? Jaghmel sens tghid li tkun spiritwali minghajr ma thaddan religjon?
Jaghmel sens li tghid li bizzejjed tghix tajjeb u ma ghandekx bzonn tmur il-knisja? L-ispiritwalita’ hija marbuta ma’ dak li hemm fil-qalb.
Hija tfittxija ghall-mistoqsijiet kbar tal-hajja, ghal skop u esperjenza ta’ talb.
Ir-religjon turi ruhha fil-qima li tidher minn barra. Hija mod organizzat li jghinek tghix it-tfittxija ma’ Alla.
Fil-verita’ l-ispiritwalita’ u r-religjon imorru flimkien u huma bzonn xulxin. Hija r-religjon li tghin lill-bniedem jersaq lejn Alla u jghix b’mod responsabbli ma’ l-ohrajn. Imma mehtieg li l-qalb ikollha fiha prezenza u rabta ma’ Alla.
Fi zmienna jidher li, ghandna hafna religjozita’ u ftit spiritwalita’ li qed iwasslu ghall-ingann. F’dan iz-zmien tal-Gimgha Mqaddsa naraw prattika ta’ religjozita’ minghajr rabta u relazzjoni ma’ Alla.
Kif se jkollok fik l-ispirtu ta’ Kristu? Irridu naraw kif bil-mod ta’ hajja li nghixu noghgbu lil Alla bl-ahjar mod. In-nuqqas ta’ fiducja fl-awtorita’ u l-istituzzjoni tal-Knisja qed iwassal biex xi whud ifasslu religjon skond kif jidhrilhom. Dan hu veru ngann.
Il-messagg ta’ Gesu’ Kristu, li miet u qam mill-mewt, hu li l-bniedem jaghmel esperjenza ta’ Alla li permezz tar-religjon ikompli jsahhahha, jaghtiha direzzjoni u jaqsamha ma’ l-ohrajn.
Inqumu ma’ Kristu meta qalbna tkun miftuha ghal Alla, miftuha ghall-bidla taghna nfusna u miftuha biex nghinu lill-ohrajn. L-Evangelizazzjoni l-Gdida tal-Papa Benedittu hija sejha ghal din il-fidi mgedda fi Kristu u mhegga biex ghall-impenn nisrani.
L-Arċipriet |