Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma tal-Arċipriet

Ngħixu


Kan. Joe Mifsud


 

Ic-Celebrazzjoni tal-festa ta’ Marija Immakulata din is-sena qed tahbat mal-425 sena mit-twaqqif tal-parrocca. Celebrazzjoni mhix tifkira tal-passat. Celebrazzjoni hi tifkira hajja fil-prezent li ghandha gheruqha fil-passat. Celebrazzjoni li b’tama u b’hegga tghinna nharsu lejn il-futur.


Komunita’ ckejkna bdiet tinbena f’ghaqda wahda permezz tal-hajja nisranija. Is-sens tal-komunita’ kien idur madwar l-istess fidi fi Kristu Rxoxt, l-istess devozzjoni ghall-Immakulata Kuncizzjoni, l-istess bzonnijiet biex jikbru f’hajja qaddisa, l-istess ghatx ghat-taghlim tal-Kelma ta’ Alla, l-istess htiega li jkunu mwettqa mis-sagramenti u li tissahhah l-imhabba ta’ l-ahwa. Illum din il-komunita’ li bdiet 425 sena ilu hija l-ghaqda ta’ dawk li joqoghdu f’Bormla; li jemmnu f’Gesu’ u jghixu l-hajja nisranija.


Nghixu llum din il-grajja jekk quddiem il-bidliet mghaggla u qawwija tas-socjeta’ u l-kultura ta’ madwarna nzommu kwalita’ ta’ hajja nisranija li ma titkaxkarx jew taccetta kollox fil-kultura ta’ llum.

Irridu naslu ghall-decizjoni personali u ta’ konvinzjoni fejn tidhol l-ghazla tal-fidi. Jista’ jkun li nieqfu wisq fuq il-bini fl-aspetti esterna tal-Knisja, minghajr ma ninbnew minn gewwa f’rabta mal-Mulej Gesu’?


Zgur li min bhal Marija jiftah qalbu ghall-verita’ tal-Kelma ta’ Alla u t-taghlim mwassal b’mod shih mill-Knisja, itejjeb il-kwalita’ tal-hajja nisranija, jinheles minn mentalita’ zbaljata li tifred kultura minn religjon, u jqieghed f’posthom il-prijoritajiet li jhaddan min jemmen.

In-novena u c-celebrazzjonijiet liturgici matul il-festa ghandhom dan l-iskop. Hu permezz tas-smiegh tal-Kelma, permezz ta’ decizjoni fil-qalb ghall-konverzjoni maghquda mas-sagrament tal-qrar u permezz ta’ mpenn fi Knisja li trid twassal lil Kristu li nkunu qeghdin tassew niccelebraw l-425 sena mit-twaqqif tal-parrocca f’Bormla.


Ma nistghux niccelebraw festa lil Marija Immakulata mod iehor.
Il-festa t-tajba lil kulhadd.


 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com