Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


425 Sena

Kan. Joe Mifsud


 

Daqshekk ghaddew snin minn meta Bormla twaqqfet bhala parrocca. Hemm storja nteressanti minn meta sar l-ewwel gharfien ufficcjali fi zmien l-Inkwizitur Costa fl-1 ta’ Gunju 1584, sakemm sar l-att notarili fl-1586. Hija storja ghanja  f’kull sens u allura storja ta’ gieh.

Meta nghidu parrocca ma rridux nifhmu l-belt ta’ Bormla. Il-parrocca hija struttura hajja maghmula minn persuni li jghixu fit-territorju ta’ Bormla. Il-konfini ma jaghmlux il-parrocca. Lanqas ma ghandna nifhmu b’parrocca struttura li qeghda hemm biex izzomm it-tradizzjoni, id-drawwiet u l-kultura. Il-parrocca hija qabel kollox komunita’ ta’ persuni li ghamlu decizjoni li jkunu dixxipli li jimxu wara l-Mulej Gesu’ u l-Evangelju. Hija komunita’ b’missjoni li twassal l-esperjenza ta’ l-imhabba ta’ Alla murija fis-salvazzjoni ta’ Gesu’ lill-persuni li jghixu f’dak it-territorju. Ghalhekk tissejjah ukoll komunita’missjunarja.

Ic-celebrazzjonijiet ta’ din is-sena ghandhom bhala tema “ilkoll haga wahda ma’ Marija, Omm Gesu’” b’riferenza ghall-ewwel komunita’ nisranija migbura fic-cenaklu fil-Pentecoste. It-tema tohrog il-valur tal-koinonia, jigifieri l-ghaqda bejn dawk li jemmnu li fuq il-mudell ta’ Marija jaghmlu l-ghazla li jpoggu lil Gesu’ bhala l-qalba tal-hajja taghhom. Ghal dawn ic-celebrazzjonijiet diga’ tfassal programm u se jkunu mifruxa matul il-hmistax-il Sibt tal-Kuncizzjoni. Permezz taghhom se tinghata katekezi dwar it-tifsira tal-komunita’ nisranija. Fix-xhur li gejjin, fil-fuljett parrokkjali tinghata wkoll tifsira dwar il-komunita’ nisranija.

X’ghandu jkun l-iskop ta’ dawn ic-celebrazzjonijiet? Ic-celebrazzjonijiet se jsiru biex “inharsu lura b’radd il-hajr u b’indiema, nghixu l-prezent b’impenn u nissugraw noholmu ghall-futur ahjar”. (Mid-dokument Vizjoni ta’ Knisja Komunjoni tas-Sinodu Djocesan 2003).


 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com