Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

Bidu ta' Zmien Gdid



Kan. Joe Mifsud


 

Thares lura biex tista’ thares ’l quddiem. Jekk il-passat ma jibqax f’idejna, imma zgur li mill-passat nitghallmu hafna ghal quddiem. Inharsu lejn il-passat b’certu sodisfazzjon, anke jekk talab minna s-sagrificcju. Hafna drabi dan is-sodisfazzjon jaghtuhulna l-persuni ta’ madwarna li jaghrfu b’rikonoxxenza l-gid li nkunu ghamilna maghhom u jibqghu jiftakruh. Inharsu lejn il-passat u nifhmu li minghajr mumenti ta’ tbatija ma nistghux nikbru u lanqas naghtu frott. Ikollna wkoll qaghdiet li joholqu fina dispjacir. Minghajr ma nitkissru f’sens ta’ htija, b’umilta’ nistqarru l-limitazzjonijiet u l-dghufijiet taghna. Harsa lejn il-passat hija harsa ta’ ringrazzjament lil Alla.

Imma Alla jislifna l-hajja biex inkomplu miexja ’l quddiem. Inharsu lejn il-futur b’aktar dawl tal-fidi. L-esperjenza tghallimna li bla fidi l-hajja titlef hafna mid-direzzjoni gusta u s-sens taghha. Il-futur ghandu jkun opportunita’ biex ninbidlu, niggeddu u nitheggu. Hekk insiru izjed familja li tpoggi l-prezenza ta’ Gesu’ f’nofsha billi tghix mhabba u karista’ ma’ xulxin. U allura rridu naghtu prijorita’ lill-Kelma ta’ Alla fejn jidhol it-taghlim. L-aktar li ghandna bzonn dan it-taghlim hu mal-kbar, avolja nippreferu nhalluh ghat-tfal. Il-futur sabieh jew ikrah taghna jiddependi minn kemm se naghtu mportanza dan it-taghlim li jwassalna ghall-fidi fil-persuna ta’ Gesu’, bhala salvatur ta’ hajjitna.

Imberkin dawk il-persuni li jharsu lejn il-passat u jaraw li taw sehemhom  b’impenn u b’interess ghall-bini tal-komunita’. Benefatturi kbar li haqqhom grazzi kbira. Imberkin dawk il-persuni li mdawla mill-esperjenza ta’ Gesu’ f’hajjithom jidhlu b’qalb generuza u tajba biex ikomplu l-missjoni. It-tama ghall-futur tinsab f’dawn il-lajci ta’ mpenn u ta’ sagrificcju. Lilhom inwasslu s-sejha u lilhom nuru radd ta’ hajr mill-qalb. B’hekk il-harsa tal-passat iddawwal il-futur biex il-mixja tkompli sejra.

Marija Immakulata zgur tharisna u takkompanjana f’din l-istorja li twassalna fi hdan Binha.

 

 


L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com