Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Komunita' Evangelizzata biex tevangelissa

Kan. Joe Mifsud


 

”L-ewwel sforz ta’ kull parrocca hu li taghmel dixxipli; dan ifisser li twassal il-fidi biex in-nies jemmnu li Gesu’ hu l-Iben ta’ Alla u taghti katekezi li trawwem u tghallem lin-nies il-hajja nisranija.” (KKK 4-5)

Mhux li kien meta qed nitghallmu t-tifsira tal-parrocca f’eghluq l-425 sena mit-twaqqif taghha, ilkoll kemm ahna, sacerdoti, religjuzi, lajci mpenjati u dawk mhumiex nifhmu t-tifsira vera ta’ dan il-kliem. Il-parrocca tezisti biex taghtina l-fidi f’Gesu’. L-ewwel dmir taghha hu t-taghlim. It-taghlim biss. Affarijiet ohra jigu wara. Kultant nibza’ li ghal uhud it-taghlim jigi l-ahhar u l-affarijiet l-ohra jigu l-ewwel. Bil-kontra.

Fl-antik, il-pulptu kien is-simbolu tal-katekizmu li jinghata lill-poplu. Il-kurat kellu d-dmir li kull nhar ta’ Hadd fl-ghaxija jwassal tifsira hajja tal-katekizmu bicca bicca. Kienet barka tal-Providenza li fl-1908 fetah il-qasam tal-MUSEUM Subien u mbaghad fl-1911, mitt sena ilu, dak tal-bniet. Ma rridux ninsew id-Domus Sacrae Familiae u d-Domus Piju IX li kollha twaqqfu bil-hsieb u d-dmir ta-taghlim tal-fidi nisranija. Hekk ukoll l-ghaqdiet religjuzi.

Fi zmienna, l-ambone sar is-simbolu tal-evangelizazzjoni fil-Knisja. L-omelija hija mezz qawwi ta’ katekezi. Imma mhix kollox u mhux bizzejjed. Illum ghandna rizorsi u strutturi ohra li jwettqu din l-evangelizazzjoni. Grazzja kbira li l-parrocca ghandha l-katekisti. Dawn huma l-aqwa benefatturi generuzi hajjin tal-parrocca. Gruppi ta’ katekezi ghall-adulti. Diversi koppji u lajci tal-Legjun ta’ Marija li jmexxu laqghat u jaghmlu zjajjar ta’ evangelizazzjoni fil-familji. Hafna hidma mill-kummissjonijiet. Il-fuljett parrokkjali u llum il-websajt.

Minn wara l-Koncilju Vatikan II, il-Knisja ghamlet din l-ghazla favur l-evangelizazzjoni. Il-persuna karizmatika u mimlija hegga appostolika ta’ l-ex-arcipriet il-Kan Victor Cilia wasslet dan it-tigdid fil-parrocca f’Bormla biex il-komunita’ nisranija taggorna lilha nfisha ghall-bzonnijiet taz-zmien. Kien hemm vizjoni. Ghazla cara ta’ prijoritajiet. Impenn kuragguz. Fuq kollox il-hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Illum, quddiem l-isfidi li ghandna, irridu nfittxu opportunitajiet godda biex din il-hidma mhux biss tibqa’ ssir, imma tkun orijorita’ biex verament tkun taqdi l-bniedem ta’ llum. Ghandna bzon rozorsi umani u materjali biex naghmlu din l-ghazla bhala parrocca, Ghandna bzonn lajci ta’ fidi u ta’ mpenn hegguz.


 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com