Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet


Il-Widnejn tal-Qalb

Kan. Joe Mifsud


 

Kurjuza daqsxejn li l-qalb ghandha l-widnejn. Il-widnejn qeghdin hemm ghas-smiegh. Jigifieri fil-qalb ta’ kull bniedem hemm lehen li jsemma’ gudizzju “biex jaghmel it-tajjeb u jzomm ruhu ‘l boghod mill-hazin”. Eh…il-kuxjenza. Ezatt. Tant smajna fuqha dan l-ahhar. Ma tfissirx li taghmel dak li thoss. Timxi mal-kuxjenza ma jfissirx taghmel li trid.

Hazin jekk ma ghadx fadal kuxjenza. Hazin jekk ma naghtux kaz tal-kuxjenza. Dan ifisser li veru tlifna s-sens tad-dnub; u tlifna jew qeghdin inwarrbu lil Alla. Il-kuxjenza tgharbel jekk l-ghemil tieghek hux tajjeb u ta’ min iwettqu jew, hux hazin u allura trid twarrbu. B’hekk inti tkun qed terfa’ responsabbilta’ ta’ dak li taghmel.

Jekk karozza jkollha bzonn il-VRT, hekk ukoll il-bniedem ikollu bzonn jieqaf biex jezamina hajtu. Zmien ir-Randan hu zmien biex naraw jekk fgajniex il-lehen tal-kuxjenza; zmien biex nedukaw il-kuxjenza taghmel gudizzju ghaqli; u zmien fejn il-lehen tal-kuxjenza nhalluh jikellem b’mod aktar car u jinftiehem.

Il-kuxjenza tigi mghallma u allura trid it-tahrig. Kuxjenza tkun tajba meta tinbena fuq is-smiegh tal-Kelma ta’ Alla, it-taghlim tal-Knisja u l-esperjenza tat-talb. Mhix skond xi fehma personali mifruda mill-verita’. Min irid jifforma kuxjenza jfittex il-parir ta’ nies ghaqlija. Il-Knisja, esperta ta’ l-umanita’, hija zgur l-aqwa ghajnuna. Hu mqarraq min minhabba pregudizzji, fehmiet tal-massa jew opinjoni bla fundament iwarrab it-taghlim tal-Knisja.

Induru lejn Alla f’dan ir-Randan u nitolbuh li jaghtina kuxjenza safja.

 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com