Il-Kelma tal-Arċipriet
Ilkoll għall-Missjoni
Kan. Joe Mifsud
Il-parrocca li taghraf lilha nfisha bhala komunita’ nisranija mibnija fuq l-edukazzjoni u l-esperjenza ta’ Alla permezz tat-taghlim u l-liturgija, bilfors issir komunita’ bi mpenn u b’missjoni. Komunita’ mhix struttura bla hajja. Komunita’ nisranija trid tkun komunita’ hajja ghax miftuha ghall-hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Komunita’ mimlija hegga u entuzjazmu gejjin mis-sens tat-tama. Komunita’ dinamika ghax twiegeb ghall-bzonnijiet tal-persuni u taz-zminijiet.
Il-parrocca mhix bini. Mhix muzew ta’ l-antikitajiet. Lanqas harriesa tat-tradizzjonijiet. Mhix hemm biex torganizza l-attivita’. Hija maghmula minn persuni hajjin. Persuni li qeghdin f’mixja ta’ fidi u allura jiggeddu kontinwament. Ma tafx xi tfisser rutina. Ma titlifx il-qawwa taghha. Ghandha vizjoni li tghix il-hajja gdida ta’ Kristu Rxoxt. U allura taf li l-missjoni taghha hi li twassal lin-nies ighixu l-fidwa ta’ Kristu. Is-salvazzjoni li tghin llil-bnedmin ighixu b’mod shih u hieles.
L-ebda partit politiku. Lejn prezentatur tal-programmi. L-ebda reklamar. Hadd ma ghandu messagg bis-sens u ta’ gid ghall-bniedem fi zmienna bhalma ghandha l-Knisja: il-messagg li hu Kristu Rebbieh u Haj.
”Tezor f’garar tal-fuhhar”. B’din it-tema ghall-pjan pastorali fuq livell ta’ djocesi u parrocci, il-Knisja f’Malta qed turi l-konvinzjoni fil-persuna u l-messagg ta’ Gesu’ llum. Tistqarr li ahna lkoll, rghajja u merhla, ahna fragli u dghajfin. Dan ma ghandux inissel qtiegh ta’ qalb. Lanqas biza’ jew gheluq. Mistrihin fuq il-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu, nidhlu ghall-impenn biex bhala komunita’ nisranija maghquda fil-fidi u fl-imhabba, naqdu l-missjoni li nwasslu l-ferh u t-tama.
Nistiednek ghalhekk ghall-Assemblea Parrokkjali li se ssir it-Tnejn u t-Tlieta, 21 u 22 ta’ Novembru fis-6.45pm fic-Centru Sagra Familja.
L-Arċipriet |