Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

knisja tal-Fardal


Kan. Joe Mifsud


 

Irriflettejna dwar il-Knisja tal-Kelma biex nuru l-prijorita' ta' l-evangelizazzjoni u t-taghlim. Irriflettejna wkoll dwar il-Knisja tal-Liturgija meta l-poplu jinghaqad u jiehu sehem f'tifhir lil Alla..

Irriflettejna wkoll dwar il-Knisja bhala komunjoni. L-Isqof Tonino Bello, illum mejjet, kien qal li "Il-Knisja mhix xi azjenda li fiha, jekk ma tkunx organizzata, il-qaghda tista' tmur hazin. Il-Knisja hija realta' ta' xirka bejnietna, ma' Kristu; ghalhekk, safejn tkun nieqsa dix-xirka, tkun nieqsa wkoll il-Knisja."

Kemm minna naghrfu li r-rabta ta' bejnietna fl-imhabba ma' Kristu tisboq kull haga ohra li rridu u nixtiequ fil-parrocca? Il-parrocca li ssir komunita' ta' dixxipli fl-esperjenza ta' Gesu' hija l-isbah festa li nistghu niccelebraw. L-istess isqof johrog aspett iehor ta' x'inhi l-Knisja.

"Waqt li l-Knisja li torbot il-fardal, bl-ilbies mahrug xi ftit 'l fuq, tidher xbiha li ssefter wisq, ma tixraqx lill-kobor taghha: bil-maqlub, hi xbiha mill-isbah, u tinsab imfakkra fl-Evangelju."

L-istorja taghti gieh lill-Knisja li dejjem ghamlet ghazla tal-foqra, batuti u mwarrbin. X'ma smajniex fuq il-Knisja u l-qassisin! Nafu kemm servizz u qadi jinghata fl-ispirtu ta' Kristu? Nafu kemm qadi jsir bil-mohbi u b'ghaqal li ma jinstemax fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni?

Mhux skandli biss hemm fil-Knisja. Il-Knisja hi qaddejja li tilbes il-fardal u tferra' l-ilma fiz-zingla biex tahsel ir-riglejn anke ta' dawk li mhumiex fiha. Din hija wkoll verita' ghal min irid ikun car u oggettiv duq il-Knisja. Lajci nsara ilum juru dan il-wicc ta' Kristu permezz tad-djakonija (qadi) mwettqa ma' dawk li tassew mghattna. Il-foqra vera ma jersqux u trid tmur tfittixhom.

Il-foqra vera ihossuhom wisq umiljati biex jitolbu l-ghajnuna. Permezz tal-foqra, il-Knisja tidher fis-sbuhija taghha u tiggedded fl-ispirtu taghha. Il-Knisja turi u taghti b'xejn il-hniena ta' Gesu'. Min jitlaqqam fil-Knisja tal-Kelma u jitmantna mill-Knisja tal-Liturgija ma jistax ma jitbaxxiex biex jilbes il-fardal tal-Knisja. Hekk il-Knisja tidher bhala xirka bejnietna ma' Kristu.


 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com