Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

SINJAL U STRUMENT TAL-KOMUNJONI


Kan. Joe Mifsud


 

Il-kelma parrocca dahlet hafna fil-vokabularju taghna biex infissru l-knisja tal-gebel bhala simbolu ta’ belt jew rahal. It-tifsira vera ta’ parrocca hija aktar l-ghaqda ta’ dawk li huma dixxipli ta’ Gesu’ u li jghixu f’konfini partikulari b’missjoni xi jwettqu. Irridu nifhmu aktar il-persuni li jhaddnu l-istess fidi u qed jghixu l-esperjenza li jdahhlu lil Gesu’ fil-hajja taghhom b’mod li jibdlu hajjithom u jibdlu l-post fejn ighixu. L-iktar kelma kif ighallimna tant tajjeb il-Koncilju Vatikan II li taghti tifsira ta’ parrocca hija KOMUNITA’.

Fil-hajja ta’ komunita’ ta’ fidi, Alla hu tassew haj. Bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu jifthilna qalbna ghal Gesu’ li jgib l-ghaqda tal-bnedmin ma’ Alla u bejnietna. B’hekk il-parrocca, cellola fil-Knisja ta’ Kristu, issir sinjal li juri u strument biex issehh il-komunjoni tal-bnedmin ma’ Alla u tal-bnedmin bejniethom.

Il-parrocca mhix biss knisja tal-gebel, lanqas ma hi biss istituzzjoni jew assocjazzjoni. Il-parrocca ghandha tkun skola fejn nitghallmu nghixu f’ghaqda ma’ Alla u bejnietna. Suppost li ddewwaqna l-imhabba ta’ Alla ghalina l-bnedmin li tidher fil-fidwa u l-hajja gdida ta’ Gesu’ Msallab u Rxuxtat.

“Din hi r-raguni li “kull ma jsir mill-Knisja – attivitajiet, organizazzjonijiet, ghaqdiet u movimenti, katekezi, liturgija, djakonija – ghandu jwassal biex il-Knisja ssir is-sagrament tal-ghaqda tat-Trinita’ Qaddisa u tal-bnedmin.” ( Dokument Sinodu: Vizjoni ta’ Knisja Komunjoni No 14)

Qeghdin naghzlu dak li ghandna naghmlu u nwarrbu dak li mhux taghna? B’liema skop inwettqu dak li naghmlu? Kif inwettqu dak li naghmlu? Fejn irridu naslu b’dak li naghmlu? Hemm bzonn naghmlu ezami tal-hajja tal-parrocca taghna fit-tifkira tal-425 sena mit-twaqqif taghha.


 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com