Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

Temmejt il-Ġirja
Kan. Joe Mifsud


 

L-Irxoxt ta’ Bormla maghruf ghall-girjiet li jridu jfissru l-ferh tad-dehriet ta’ Kristu Rxoxt. Hafna jiehdu gost jarawhom. Zgur li jitolbu sforz mhux hazin minn dawk li jkunu qeghdin jerfghu l-vara. Mhux xi haga li tafdaha f’idejn it-tfal. Anke ghaliex il-vara ta’ l-Irxoxt ta’ Bormla ghandha pregju artistiku u storiku kbir. Il-girja ta’ l-Irxoxt ghandha tifsira nisranija ghall-hajja taghna.


Kien ragel li ghadda minn bidla qawwija f’hajtu. Kien fanatiku fuq ir-religjon bid-drawwiet u tradizzjonijiet marbuta maghha. Kien izomm sod mal-ligi ta’ missirijietu. Imma gharaf il-verita’ dwar min hu Gesu’ Kristu. Gharfu u accettah f’hajtu. Bidel il-mentalita’, kif jirraguna.

Bidel il-prijoritajiet u l-ghanijiet li kellu f’hajtu. Bidel il-hajja li kien qed ighix. Ghallem hafna fuq ”il-hajja gdida fi Kristu.” U sar persuna li gera mad-dinja maghrufa ta’ zmienu jxandar lil Kristu. Hekk stqarr fl-ahhar ta’ hajtu: ”Temmejt il-girja.” F’din l-espressjoni San Pawl ifisser is-sodisfazzjon ghal mod kif ghex hajtu.


Ghax il-hajja tista’ tqabbilha ma’ girja. Trid toqghod attent li ma tkunx xi girja sfrenata. Tigri wara x’hiex? Taf tinfileg u ma tasal imkien jew ma tikseb xejn. Trid tigri biex tilhaq dak li hu veru, tajjeb u qaddis. Ma tistax tigri fil-hajja billi tghix skond il-mod kif tifhimha, kif jaqbillek, kif jaghmel kulhadd, kif ighidu z-zminijiet.


L-Irxoxt jaghti direzzjoni, skop u sens ghall-hajja taghna. Trid izzommu quddiemek il-hin kollu.L-Irxoxt ifisser fejn trid tasal fil-girja tal-hajja tieghek. Ifisser liema huma l-principji  u l-verita’ li jirbhu kull hazen u mewt. Ifisser mnejn tigik il-qawwa u l-kuragg u t-tama fil-mumenti ta’ difficli li tista’ tghaddi minnhom. Nigru f’hajjitna ma’ l-Irxoxt biex nilhqu l-ghan li ghalih gejna mahluqa: l-ghaqda shiha taghna ma’ Alla. Inkella ha nkunu grejna ghalxejn.


L-Ghid it-Tajjeb lil kulhadd.

 

 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com