Il-Kelma tal-Arċipriet - Awwissu 2012

 

Kan. Joe Mifsud

Jekk qatt ma toqghod ftit wahdek, allura meta tiltaqa’ mieghek innifsek. Jekk qatt ma toqghod ftit fil-kwiet u fis-skiet, allura meta tisma’ lilek innifsek. Jekk qatt ma tieqaf mill-ghaggla tal-hajja, allura meta tahseb u tirrifletti.

Kemm persuni skoprew lilhom infushom u lil hajjithom meta ghamlu esperjenza ta’ skiet. Kienet esperjenza li biddlet il-hajja taghhom. Setghu jaghrfu izjed lilhom infushom. Skoprew il-valur ta’ dak li kienu qeghdin ighaddu minghajru f’hajjithom.

Indunaw b’dak li kienu qed jittraskuraw jew ihallu barra minn hajjithom. Ir-relazzjonijiet taghhom ma’ l-ohrajn fil-familja u fuq ix-xoghol beda jkollhom sens gdid. Anke l-istess holqien u natura ta’ madwarhom bdew ifissru xi haga ghal hajjithom. Meta jkollok skiet fik innifsek, aktar tisma’ lilek innifsek u aktar tifhem il-persuni ta’ madwarek.

Meta jkollok skiet fik innifsek, aktar tisma’ lilek innifsek....

Fr. Joe mifsud

Zgur li n-nuqqas ta’ skiet u spazju fil-hajja taghna qed ikun il-kawza ta’ hafna tensjoni u ansjeta’, nuqqas ta’ kalma u paci b’mod li nitilfu hafna mis-sbuhija tal-hajja u tal-persuni ta’ madwarna.

Zgur li hafna diffikultajiet li qed jinholqu fir-relazzjonijiet gejjin min-nuqqas ta’ attenzjoni u sensittivita’ lejn il-persuni. Meta ndahhlu l-hin ta’ skiet f’qalbna, inkunu qed noholqu aktar spazju go fina biex nilqghu lill-ohrajn b’imhabba vera.

Aktarx li din hi wkoll ir-raguni ghaliex illum uhud qed ihallu lil Alla jew barra ghal kollox, jew fil-genb tal-hajja taghhom. Sfortunatament  issib min iserrah fuq superstizzjoni, magija u shahar li huma allat foloz bla hajja.  Minghajr is-skiet ma tasalx ghall-gharfien u l-kuntatt ma’ l-Assolut li jimla l-univers.

Fis-skiet Alla jdahhlek fil-qalba ta’ qalbu biex tghix u timxi fl-imhabba. Fis-skiet Alla jurik l-istima li ghandu ghalik u l-hsieb kollu gid ghal hajtek. Fis-skiet Alla ifejqek u jehilsek minn hafna wegghat u toqol. Fis-skiet Alla jurik lilu nnifsu biex tista’ temmen u tafda fiH.

 

 

L-Arċipriet