Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

L-Akbar Rigal - L-Aħbar it-Tajba

Kan. Joe Mifsud


 


Xahar ilu, fil-bidu ta’ sena gdida, awgurajtilkom qalb gdida. Xtaqt inkompli nfisser il-mod kif nistghu jkollna qalb gdida f’hajjitna. Ghalhekk, hallini nsaqsik: inti tassew ftaht qalbek ghal Gesu’ Kristu? ghaddej minn konverzjoni li ttejjiblek hajtek? temmen tassew li Kristu helsek mid-dnub u mill-hazin? qatt ghamilt esperjenza ta’ Alla f’hajtek b’mod li hassejtu go fik?

Jekk ghadek ma fhimtx, l-akbar rigal li ghandek f’hajtek huwa s-salvazzjoni li Kristu kiseb ghalik.Taf x’jigifieri mohqrija? Kristu helsek mill-mohqrija tad-dnub u tal-hazin. Quddiem ir-rejaltajiet li tghaddi minnhom f’hajtek, quddiem il-problemi li haddiehor isallbek bihom, quddiem il-vizzji li taqa’ fihom, quddiem ix-xewqat u l-bzonnijiet li ghandek, quddiem id-dlamijiet fl-irkejjen ta’ qalbek; Kristu jaghtik is-salvazzjoni li tfisser il-qalb gdida tieghek mfejqa, mehlusa, mahfura li biha ssir persuna hajja tassew u shiha..

Jekk ghadek ma fhimtx, l-ahbar it-tajba li ghandek f’hajtek hija l-mod ta’mhabba personali u bla kundizzjoni li Alla ghandu ghalik. Kont taf li, Alla jaccettak kif int u bl-istorja kollha tieghek, anke jekk jistiednek tinbidel u jaghmillek hajtek ahjar? Kont taf li l-ferh f’hajtek huwa possibli? Bizzejjed issir taf lil Alla billi taghtih gharfien f’hajtek, bizzejjed issir tafal f’idejh il-fuhhari, bizzejjed tkabbar fik ix-xewqa li tidhol f’rabta mieghu mibnija fuq l-ubbidjenza tal-fidi. Alla jibda jaghmel festa min hajtek. Issib il-ferh.

Dan ix-xahar jibda r-Randan. Il-qofol ta’ kollox hu c-celebrazzjoni tal-Mewt u l-Qawmien Tieghu. Il-hajja ta’ Gesu’ fl-art tal-Palestina kienet tigbor fiha l-missjoni tieghu li jifdi lill-bnedmin. Ghax ma tiddecidix li tfittex u tipprova taghmel mixja ta’ fidi ma’ Gesu’ fir-Randan biex tiskopri l-akbar rigal u l-ahbar it-tajba? Dan ix-xahar nawguralek li jkollok il-kuragg tibdel qalbek billi taccetta lil Gesu’ aktar f’hajtek.

 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com