Il-Kelma tal-Arċipriet - Ġunju 2012

Wara t-tberik tal-Għid

Kan. Joe Mifsud

Qed nikteb dawn il-kelmtejn fi zmien li ghadna ghaddejjin bit-tberik tal-familji fi zmien il-Ghid. Xtaqt ghalhekk naqsam maghkom xi riflessjonijiet.
Ahna s-sacerdoti napprezzaw meta nsibu l-familja tistenniena u daqshekk iehor ninhasdu meta donnu l-familja lanqas tkun taf bit-tberik tal-Ghid. Bla ma rridu nistaqsu ghaliex. Ir-risposta nkunu nafuha; imma ma nifhmux ghaliex dak in-nuqqas ta’ nteress fil-hwejjeg ta’ Alla.

Ninhasdu aktar meta uhud mill-bibien jibqghu maghluqin. Ikun hemm min ghandu tassew raguni gusta.Izda ma nifhmux kif certi nies ifittxuna ghall-ikel ta’ l-Ewropa u mili ta’ formoli; u mbaghad, f’okkazjoni bhal din ma jafuniex. Twegga’ ftit.

Nizbaljaw ħafna meta qed inkabbru lil uliedna b’għaġġla zejda.

Fil-kuntatti tagħna dejjem nwasslu stedina u messaġġ biex nifthu qalbna għal Alla.

Fr. Joe mifsud

Xi drabi nibqghu bla kliem quddiem sitwazzjonijiet ta’ mard fil-familji. Xi whud verament ghandhom toqol ta’ salib minhabba dan il-mard. Uhud tassew rassenjati u maghqudin ma’ Alla li jaghtuk ezempju ta’ fiducja. Nohorgu mid-djar imhassbin u ma nistghux ma niftakrux f’dawn il-familji fil-hin tat-talb personali u waqt il-quddiesa.

Hekk ukoll meta niltaqghu ma’ familji li ghandhom xi xorta ta’ nkwiet. Jista’ jkun gej minhabba l-ulied li jaqbdu mgieba ta’ hajja xejn tajba. Ohrajn jaraw il-familji ta’ wliedhom qeghdin jitkissru u dan ikun ta’ dulur kbir ghalihom. Inkwiet minhabba nuqqas ta’ xoghol jew problemi finanzjarji. Ghax il-familja ta’ min ighozzha. Ghalhekk irridu naghtu prijorita’ l-hajja tat-trobbija u l-formazzjoni. U kieku ahjar qabel milli wara li jinqala’ l-gwaj.

Fil-kuntatti taghna dejjem nwasslu stedina u messagg biex nifthu qalbna ghal Alla. Nippruvaw nuru qalb miftuha ghal kulhadd biex inkabbru r-relazzjonijiet ta’ bejnietna u b’hekk  jinhass aktar fostna s-sens ta’ familja. Naghmlu dan bhala l-ghan principali taz-zjara taghna. Jinhass il-bzonn li nwasslu l-imhabba ta’ Alla fil-qalb ta’ kull bniedem u ta’ kull familja. Qisu l-bniedem ta’ Alla qed inaqqas dan is-sens ta’ Alla minn hajtu. U hemm rabta bejn il-fidi f’Alla fil-hajja tieghek u l-mod kif tghix, il-mod kif tghaddi minn fazijiet iebsa fil-hajja u l-mod kif ma ggibx inkwiet b’idejk.

Nixtieq il-barka ta’ Alla fuq il-familji kollha tal-parrocca. Barka li biha nindunaw bil-gid kbir ta’ Alla ghal bniedem u nifthu qalbna ghal din l-imhabba ta’ Alla fil-hajja taghna. Din hi r-raguni ghaliex nixtiequ aktar nies mill-parrocca jersqu ghas-smiegh tal-kelma ta’ Alla u tat-taghlim; b’riferenza partikulari ghall-genituri u t–tfal li qeghdin fil-programm tal-katekizmu. Din hija r-raguni ghaliex nixtiequ u nitolbu li aktar nies mill-parrocca jifhmu l-qawwa tal-quddiesa fil-jum tal-Hadd. U din hi wkoll ir-raguni ghaliex baqa’ sens fis-sagramenti bhala mumenti tal-qawwa ta’ Alla li nircievu biex tahdem fina u tmexxina fil-hajja taghna.

Dan kollu zgur johloq komunita’ nisranija li ghandha lil Alla f’nofsha. U dan kollu jhalli hafna tajjeb fil-familji u fis-socjeta’ taghna.

 

 

 

 

L-Arċipriet