Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe


Il-Kelma ta' l-Arċipriet

BIDU GDID F’QALB GDIDA
Kan. Joe Mifsud


 

Dan l-awguri nixtiequ jasal lil dawk iz-zghazagh li jimlew il-vojt f’hajjithom billi jaharbu mir-rejalta’ tal-hajja. Nixtieq inkellem lill-koppji li jsibu bi tqila l-imhabba dejjiema fir-relazzjoni ta’ bejniethom. Xejn anqas lil dawk in-nies imwegga’ u ma jistghux jaslu ghall-mahfra.

Ma rridx ninsa lil dawk li ghandhom impenn fil-hajja tal-parrocca jew tas-socjeta’ civili. Nixtieq nghajjat dan il-messagg lil dawk li bl-ezempju hazin, bl-agir taghhom, b’taghlim immorali u b’korruzzjoni qed ihassru s-socjeta’ li nghixu fiha.

Irrid inniggez lil dawk li mhux qed jaqdu dmirhom fir-responsabbilta’ li ghandhom fis-socjeta’.
Nibdew sena gdida billi nidhlu lkoll dahla fina nfusna, fil-qiegh ta’ qalbna u nsaqsu kif u kemm nafu lilna nfusna, naraw ftit b’riflessjoni x’qed jigri madwarna, nahsbu ftit fuq is-sens tal-hajja, u nqisu x’responsabbilta’ ngorru quddiem kif inhi miexja l-familja, il-parrocca u s-socjeta’ taghna.

Meta nsaqsu ifisser li rridu nfittxu l-prezenza ta’ Gesu’ Kristu li zgur insibuh bhala salvatur, bhala feddej, bhala hellies. Huwa Gesu’ haj fina li jibdel il-qalb taghna u jaghtihielna gdida ghax ipoggi fiha l-imhabba ta’ Alla. Kif m’ahniex nindunaw li l-problemi u d-diffikultajiet fil-hajja huma minhabba li ghandna l-imhabba ta’ Alla f’qalbna nieqsa? Kif ma rridux nilqghu din l-imhabba ta’ Alla f’qalbna li tifthilna qalbna ghall-imhabba ta’ xulxin u tal-proxxmu? Kif ma nifhmux li l-hsieb u l-imhabba ta’ Alla juruna toroq ghall-vera paci u ghal veru ferh?

Hadd ma ghandu jaqta’ qalbu. Hadd ma ghandu jhossu mwarrab. Hadd ma hu mcahhad. L-Ahbar it-Tajba ta’ l-imhabba ta’ Alla u l-konverzjoni f’Gesu’ qed tasal ghand kulhadd bla eccezzjoni. Anke dawk li jahsbu li l-Knisja twarrabhom jew ma tilqaghhomx. Mhux veru.

Gesu’ hu ta’ kulhadd u l-Knisja tilqa’ fiha lil kulhadd. Nilqghu lil Gesu’ li hu l-Kelma ta’ Alla; mhux ’l Gesu’ li jghid fuqu xi hadd li jrid hu, mhux lil Gesu’ li naccettawh bil-bicciet u kif jaqblilna.


Jekk nilqghu din l-istedina, jekk niehdu decizjoni biex intejbu u nibdlu qalbna, zgur li jkollna titjib f’hajjitna, fil-familja u fil-komunita’ nisranija u socjali.
Nawguralkom qalb gdida fil-bidu ta’ sena gdida.

 

L-Arċipriet

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com