Il-Kelma tal-Arċipriet - Ottubru 2012

L-ISBAH ZMIEN TA’ HAJTI U TAS-SACERDOZJU

Kan. Joe Mifsud

Qed nikteb ghall-ahhar darba fil-harga tal-fuljett parrokkjali tal-parrocca ghaziza taghna. Wara sbatax-il sena u nofs, wasal iz-zmien li ntemm il-ministeru tieghi bhala arcipriet. Ma kenitx facli d-decizjoni li tlabt biex nispicca. Imma gibt quddiemi l-gid tal-parrocca. Hawn bzonn ta’ idejat, energija u hegga gdida biex il-parrocca tibqa’ hajja u mpenjata fil-hidma taghha.

Nirringrazzja lil Alla li fil-providenza tieghu baghatni fostkom. Ircevejt hafna minghandkom. Kbirt fil-fidi u fit-talb, fl-ghixien tas-sacerdozju permezz ta’ Gesu’ Ewkaristija u skoprejt aktar l-akkumpanjament ta’ Marija Immakulata fil-hajja tieghi.

Nirringrazzja lil Alla li fil-providenza tieghu baghatni fostkom.

Fr. Joe mifsud

Tghallimt inhobb ghax ircevejt hafna mhabba, stima u rispett. Illum naf kemm tassew kont mahbub. Minn qalbi nghid grazzi lil kulhadd. Nibda mis-sacerdoti, religjuzi rgiel u nisa li flimkien ma’ l-Unita’ Pastorali tal-Kottonera u l-Kalkara kellna rabta shiha bejnietna.

Grazzi lil kull min jahdem fil-parrocca u jaghti s-sehem tieghu permezz tal-kunsilli, kummissjonijiet, ghaqdiet, gruppi u voluntiera. Hemm persuni li bla ma nsemmihom ghandi obbligu nirringrazzjahom doppjament minhabba l-impenn, l-ghajnuna u s-servizz taghhom. J’Alla jikber in-numru ta’ opertauri pastorali fis-snin li gejjin. Nirringrazzja wkoll lill-ghaqdiet socjali, kulturali, politici u sportivi li maghhom ukoll hdimt f’kollaborazzjoni. Imma nitlob ukoll mahfra.

Ma kienx kollox tajjeb. Kien hemm fejn zbaljajt. Zgur li ntenzjonalment qatt ma kelli ntenzjoni nwegga’ lil hadd. Minn qalbi u b’sincerita’ nitlob mahfra lil kull min ihossu li nqastu, anke jekk ma nafx. Nitlobkom u nheggigkom biex tilqghu u thobbu lill-arcipriet il-gdid. Ghandu bzonn min ikun madwaru, min jahdem fil-parrocca, min ighinu johloq servizzi godda ta’ pastorali u ghajnuna, min ihaffiflu hsibijiet ta’ amministrazzjoni u hidma materjali. L-imhabba lejn il-parrocca ta’ Marija Immakulata ghandha trawwem fina aktar partecipazzjoni, kollaborazzjni u mpenn.

Zgur nibqa’ maghqud maghkom permezz tat-talb tieghi lil Alla u lil Marija Immakulata. Qatt ma tista’ tmut minn qalbi l-memorja tal-isbah zmien li ghext bhala arcipriet fostkom fil-belt tal-Immakulata.


 

L-Arċipriet