Il-Kelma tal-Arċipriet - Settembru 2012

ZEWG APPELLI TAL-IMMAKULATA

Kan. Joe Mifsud

Meta jasal ghandek dan il-fuljett, inkunu qeghdin nibdew is-Sibtijiet tal-Kuncizzjoni. B’kollox ikun fadal hmistax-il Sibt ghall-Kuncizzjoni. L-interess u l-attendenza ghas-Sibtijiet ma ghadhomx bhal qabel.

L-interess f’certi aspetti tal-festa ghadu qawwi bhal qabel. F’xi affarijiet ohra naqas xi ftit u donnu qed jidhlu nteressi  li qabel ma kenux. Jidher f’postu appell biex nifhmu u niehdu b’aktar impenn il-vera devozzjoni lejn il-Kuncizzjoni.

L-appell mhux ghall-festa kif jifhmu u jixtiequ uhud,

.... imma aktar appell ghax għandna bżonn nieħdu ħsieb il-quddiesa fil-jum tal-Ħadd

Fr. Joe mifsud

imma aktar appell ghax ghandna bzonn niehdu hsieb il-quddiesa fil-jum tal-Hadd. L-interess naqas sew.

Dan juri nuqqas ta’ fidi?

Dan juri li ma nifhmux id-differenza bejn il-vara u l-qima lill-Immakulata?

Tassew irridu naghzlu lill-Immakulata biex tkun Omm Beltna?

Mela irridu naraw izjed il-fidi ta’ Marija biex naghzlu l-fidi f’Binha Gesu’ bhala l-qofol ta’ hajjitna.


Meta jasal ghandek dan il-fuljett, inkunu qeghdin naghtu bidu ghal sena ta’ hidma pastorali mill-gdid. Allura nibdew bir-ritmu tal-laqghat u kummissjonijiet. L-iskop hu t-taghlim tal-Kelma ta’ Alla u t-tifsira tal-hajja nisranija. Hawnhekk ukoll l-appell hu ghall-genituri biex jiehdu b’hafna mpenn il-process ta’ tahrig ta’ wliedhom tul is-sitt snin tal-programm tal-katekizmu. Mhux kulhadd qed jifhem bizzejjed  li minghajr tahrig nisrani u edukazzjoni fil-hajja ma tistax tikber b’mod shih bhala persuna. L-interess fit-taghlim, b’mod partikulari dak nisrani, sew ghat-tfal, adolexxenti u zghazagh, u wkoll ghall-kbar hu l-mutur tal-parrocca ghall-futur. Ara x’tista’ taghmel biex titghallem izjed x’jigifieri tghix hajja li timxi wara Gesu’. Ara x’tista’ taghmel biex tikber fostna kultura favur it-taghlim tal-katekizmu, billi tghaddi kelma fost il-genituri u fil-familji.
Hemm bzonn sforz kbir min-nies tal-parrocca ghat-taghlim u l-partecipazzjoni fil-quddiesa tal-Hadd. B’hekk inkunu tassew ulied tal-Vergni Immakulata ghax ikollna l-fidi li turina l-mod kif ghandna nghixu.

 

L-Arċipriet