Il-Kelma tal-Arċipriet - Awwissu 2013

Ninsabu f'nofs is-Sajf

Wasal is-Sajf . . . U s-Sajf igib mieghu certu telqa.  Meta nharsu lejn dan iż-żmien tas-sena nindunaw li s-shana qawwija tas-Sajf igib maghha ghejja u forsi nistghu nghidulu wkoll ghażż.  Iżda f’dan iż-żmien nindunaw ukoll illi ghalkemm is-shana tax-xemx iggib maghha dan kollu, il-bniedem xorta wahda jkollu jibqà ghaddej bil-hidma ta’ kulljum.  Allahares ahna nimxu biss bl-aptit jew skond dak li jfetlilna naghmlu.

Iżda s-Sajf jistà jkun mument fejn nistriehu minn Alla wkoll.  Ahna ghandna niehdu l-okkażżjoni li wasal is-Sajf biex forsi nersqu aktar lejn il-quddies kif ukoll biex lit-tfal nigbruhom u forsi wkoll inresquhom lejn il-quddies.  Alla ma jiehu l-ebda pawża fil-hajja taghna.  Allura ahna m’ghandniex nistriehu minn Alla wkoll.

Darba kien hemm wiehed ragel li kellu hamest itfal kbar.  Kollha kienu joqghodu mieghu u b’xi mod jew iehor kollha kienu jmiddu idejhom id-dar.  Darba minnhom wahda mill-ulied qalet lill-missierha; “kemm nixtieq ma jkollix ghalfejn noqghod niprepara l-ikel ta’ kulljum, kemm nixtieq illi nkun nistà nistrieh minn din il-bicca xoghol.  Il-missier qalilha, jekk trid tistà tieqaf, iżda mbghad se naghmlu ahna?  Se jghidu hutek fuqek?  It-tifla dahlet fiha nnifisha u qalet, koż ahjar nibqà ghaddejja kif jien milli niehu din il-pawża, ghax biex nergà nibda ghandu mnejn insibha aktar difficli.

Xi kultant hekk jigrilna ma’ Alla wkoll.  Inkunu bdejna xi rutina bit-talb umbghad ghax per eżempju jkun wasal is-Sajf nibdew nehduha bil-mod, inbidlu kull tip ta’ rutina li forsi nkunu bnejn matul l-istaguni l-ohra, umbghad meta tasal il-Harifa insibuha bi tqila biex nergghu naqbdu r-rutina ta’ kuljum.  Anzi xi kultant dawk l-affarijiet tajbin li nkunu bnejna matul is-sena, facilment nitilfuhom bl-iskuża tas-Sajf.  

 

Fr. Reuben
Arċipriet