Il-Kelma tal-Arċipriet - April 2014

 

Miftuħin għal stil ta' ħajja ġdida

It-toroq tal-Mulej hadd ma jafhom. Illum hawn u ghada jonfoh band'ohra. Hekk ghamel il-Mulej ma' dawn id-dixxipli. Illum kien maghhom jghallem, jithaddet, jitkellem u jippassigga maghhom. L-ghada jispicca maqbud u maqtul. U ftit jiem wara qam mill-mewt u beda jaghtihom l-esperjenza ta' xi tfisser li jkun fil-glorja fis-Sema.

Permezz tal-qawmien tieghu mill-imwiet ta hajja gdida lil dawk kollha li baqghu jemmnu fih. Maghna jaghmel l-istess. Jekk ahna nemmnu fih. Hu li qam minn bejn l-imwiet se jaghtina wkoll hajja gdida. Mod gdid ta' kif nghixu il-fidi taghna. Kemm drabi nistghu nhossu l-fidi taghna donnha monotona, rutina, donnu xejn ma jentużjażmana. U l-Mulej mill-banda l-ohra huwa dak li jheggeg, li jaghti mod gdid ta' ghixien. Min-naha taghna kull ma rridu naghmlu huwa li nemmnu. Nemmnu li Alla lest jaghmel maghna hwejjeg kbar. Li nemmnu lil Alla jinsab maghna u mhux ’il boghod minna. Li nemmnu li Alla ghalih xejn ma hu impossibbli ghaliH, iżda li fl-istess waqt jitlob minghandna li ahna nippruvaw nirriskjaw ghaliH. Ukoll jekk dan jitlob li taqa’ ghac-cajt quddiem l-ohrajn, jew li tkun differenti.

Id-dixxipli dawn il-jiem qattghuhom mohbija mill-kumplament tal-poplu Lhudi. Donnhom tarbija li qed tistenna fil-guf il-jum li fih ghandha titwieled ghal hajja gdida. Donnhom din it-tarbija li trid tiehu in-nifs ta' hajja gdida, ta' don gdid ta' ghixien.

Bl-istess mod, il-mewt u l-qawmien tal-Mulej ifissru hafna. Il-Mulej qed isejhilna biex flimkien mieghu nqumu b’hajja u qawwa gdida. Il-Mulej, il-kelma tieghu mhijiex sterili, iżda taghti  l-hajja, jekk tinghata bl-ispirtu li l-Mulej irid jaghtiha.

Fr. Reuben
Arċipriet