Il-Kelma tal-Arċipriet - Awwissu 2014

Il-Knisja hija 1-ewwel u qabel xejn ta’ Kristu. Kien hu li ġie fid-dinja biex ibati għalina, kien hu li waqqafha u kien hu stess li ħalliha f idejn il-bnedmin, li ordnalhom biex imorru jgħammdu lill- ġnus kollha u jgħammduhom fl-isem tal -Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.
Kull persuna mgħammda hija parti minn din il-Knisja. Għalhekk jekk inti mgħammed trid tagħti 1-parti tiegħek fil -Knisja. Il-parroċċa hija biss żona fil- Knisja, li permezz ta’ din is-sistema tkun tista’ tingħata attenzjoni partikolari li dik iz-zona.

Il-president Amerikan Kennedy baqa’ magħruf għad-diskors imqanqal li kien għamel lil pajjiżu meta kien qal toqgħodx tgħid x’se tieħu minn pajjiżek, iżda għid x’se tagħti lil pajjiżek biex iqum fuq saqajh. Jien nixtieq nazzarda nuża 1-istess frażi, fir-rigward tal-Knisja. Toqgħodx tgħid biss x’għandha tagħmel il-Knisja, x’għandu jagħmel il-kleru, x’għandhom jagħmlu tal-mużew eċċ. Minflok għid jien x’nistà nagħmel flimkien ma’ ħuti 1-oħra biex il-Knisja tissaħħaħ, biex il-parroċċa tagħna tissaħħaħ.

Fr. Reuben
Arċipriet