Il-Kelma tal-Arċipriet - Mejju 2014

Nagħtu ħarsa madwarna u naraw ħafna ħwejjeġ li mingħajr ma rridu nibdew ngħidu, kos, possibbli dan hu li Alla jrid għall-bniedem. Il-bniedem huwa maħluq biex jgħix f’din il-miżerja?

Il-bniedem mhuwiex maħluq biex joqgħod ibati. Il-bniedem ġie maħluq biex ikun xbieha ta’ Alla. Alla, lill-bniedem kontinwament ipoġġilu din l-għażla quddiemu. Li jkun mimli bil-qawwa ta’ Alla jew li jkun mimli bih innifsu.


Meta l-bniedem kontinwament jagħżel li jgħix mimli bih innifsu, ikun qiegħed joħnoq l-Ispirtu ta’ Alla fih. Għaldaqstant ikun qiegħed jitlef milli tassew jgħix ħajja mimlija bl-imħabba u bil-ferħ.
Agħżel li tkun mimli b’Alla, mhux li tkun mimli bik innifsek, għax tal-aħħar twasslek biex tkun vojt!

 

Fr. Reuben
Arċipriet