Il-Kelma tal-Arċipriet - Settembru 2014

Alla jsejjaħ . . . Iva Alla għadu jsejjaħ lilna biex inwettqu l-pjan ta’ mħabba li hu għandu għal kull wieħed u waħda minna. 

Din hija t-tema li bħala komunità se nġorru magħna matul din is-sena ta’ ħidma pastorali.  Infatti s-Sibtijiet kif ukoll dak kollu li se jiġi organizzat bħala parroċċa se jġorr din it-tema: Alla Jsejjaħ.

Alla jsejħilna sabiex l-għażliet li nagħmlu jkunu għażliet ibbażati fuq l-imħabba.  Alla jsejħilna sabiex fir-relazzjoni taż-żwieġ bejn ir-raġel u l-mara jkun hemm il-fedeltà u l-lealtà.  Alla jsejjaħ sabiex il-ħaddiem fid-dinja tal-lum ikun eżemplari u jagħti l-ħin kollu mitlub minnu.  Alla jsejjaħ sabiex ikun hawn il-ġustizzja soċjali fostna. Alla jsejjaħ sabiex l-ulied jgħixu l-valuri nsara fid-dinja tal-lum.  Alla jsejjaħ sabiex iż-żgħażagħ li qegħdin ifittxu l-verità jsibuha fir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla.  Alla jsejjaħ lilna s-saċerdoti sabiex ngħixu b’umiltà u b’imħabba s-sejħa saċerdotali tagħna. Alla jsejjaħ biex żgħażagħ jieħdu bis-sejretà s-sejħa għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża.

Iva, Alla għadu jsejjaħ.  Inti twieġeb għas-sejħat li jagħmillek fis-skiet u fil-fond ta’ qalbek.    

Fr. Reuben
Arċipriet


Parrocca Bormla ©

You Tube Official Channel Sign Guestbook