Il-Kelma tal-Arċipriet - Diċembru 2015

Tweldilna s-Salvatur
Alla fil-ħniena tiegħu għażel li jsir bniedem bħalna f’kollox minbarra d-dnub.  Għażel li jsir bniedem bħalna biex jurina li lest jimxi mal-bniedem, ikun mal-bniedem u jħobb il-bniedem.  Alla lilek iħobbok. Int min int, Alla lilek jistmak.  Ukoll jekk tħoss li l-ħajja qiegħda dejjem tagħtik il-ġenb.  Ukoll jekk tħoss li l-ħajja biex qiegħda tidħaqlek.  Alla lilek iħobbok.

Għeżież, kemm hu misteru kbir l-inkarnazzjoni.  Kristu li jsir bniedem bħalna.  Ma nħallux dan il-Milied vojt mill-ispirtu tiegħu.  Hija ħaġa sabiħa li nagħmlu u nattendu diversi okkażjonijiet soċjali.  Hija ħaġa tajba li nagħtu r-rigali lil xulxin, bħala sens ta’ apprezzament.  Però ma ninsewx li l-Milied huwa dwar Ġesù Kristù.  Il-Milied huwa dwar Alla li jsir bniedem bħali u bħalek, biex lili u lilek jagħtina dejjem dinjità isbaħ u ikbar.

 

Fr. Reuben
Arċipriet