Il-Kelma tal-Arċipriet - April 2016

Festa tal-Ħniena Divina fis-Sena Ġubilari tal-Ħniena.

Il-festa liturgika tal-Ħniena Divina tigi ċċelebrata dejjem fl-ewwel Ħadd ta’ wara l-Għid Imqaddes . Qegħdin ta’ kull jum nesperjenzaw aħbarijiet mhux daqstant pjaċevoli fejn nisimgħu b’tant qtil ta’ Nsara u tifrik/ħruq ta’ knejjes f’pajjiżi fejn jaħkem il-fundamentaliżmu Islamiku. Nisimgħu wkoll b’tant nies li jkollhom jaħarbu minn pajjiżhom minħabba mibegħda razzjali jew reliġjuża waqt li qed

nesperjenzaw bosta mwiet ta’ immigranti fl-ibħra viċin tagħna. Ghalhekk iktar minn qatt qabel għandna bżonn nieqfu u nirriflettu ftit fuq il-bżonn ta’ iktar ħniena u mħabba fil-qlub tal-bnedmin.

Kien proprju nhar il-Ħadd 30 ta’ April tas-sena 2000, li l-Papa Ġwanni Pawlu

II ikkanonizza bħala l-ewwel qaddisa tal-era tagħna, lis-soru Polakka Fawstina

Kowalzka. Din il-qaddisa hi meqjusa bħala “soru tal-ħniena divina” u mietet fl-età żagħżugħa ta’ 33 sena. Frott tal-messaġġ li Ġesù nnifsu wassal lil din is-soru Polakka, il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1980 kiteb l-enċiklika Dives in Misericordia, li fiha identifika u żviluppa t-tema tal-ħniena divina bħala l-ikbar preokuppazzjoni tiegħu.  Kien proprju l-konfessur tagħha li ħeġġeġ lil Swor Fawstina tikteb l-esperjenzi u r-riflessjonijiet tagħha fi djaru ta’ ‘l fuq minn 600 paġna.

Santa Faustina għexet ħajja ta’ qdusija kbira. Id-djarju tagħha Il-Ħniena Divina f’Ruħi, jagħtina ritratt mill-aktar qawwi ta’ Ġesù. F’dan ir-ritratt naraw lil Ġesù bħala l-Ħellies ta’ ħniena infinita li qed jittallab lill-bnedmin biex jagħmlu użu mill-ħniena tiegħu. Santa Fawstina tistaqsih l-għaliex ma jħallix lill-erwieħ

fil-Purgatorju jmorru l-Ġenna malajr, jew l-għaliex irid festa oħra ddedikata lilu. Waqt li tobdih ma tibqax passiva f’dan id-djalogu qaddis. Minkejja l-edukazzjoni bażika tagħha, id-djarju ippubblikat tagħha huwa xogħol ewlieni fil-letteratura mistika Nisranija. Fil-paġni ta’ dan id-djarju wieħed jara l-iżvilupp spiritwali tar-ruħ.

Il-ħeġġa tal-qaddisa fuq il-ħniena bla tarf ta’ Alla hija punt dottrinali important għalina l-bnedmin. Fil-fatt, Ġesù talab lil Swor Fawsina biex tħaffef ixxerred il-messaġġ tiegħU tal-Ħniena Divina. Saħqilha li suritu tkun impittra u li twaqqaf ordni reliġjuż ġdid iddedikat għal dan il-messaġġ. Barra minn hekk, il-viżjoni tal-qaddisa tal-ħniena ta’ Alla tiżviluppa b’mod ġdid it-twemmin tal-Knisja Kattolika fuq il-maħfra filwaqt li ssaħħaħ il-kliem ta’ Ġesù: “Jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja,

Fr. Reuben
Arċipriet