Il-Kelma tal-Arċipriet - Novembru 2016

Inħarsu ‘l quddiem bit-tama permezz ta’ Marija

 

Ħafna huma dawk il-qaddisin li t-tama  tagħhom poġġewha f Marija. Għaliex  Marija hija l-arka tat-tama ta’ kull bniedem. Huwa f ‘Marija bħala l-Omm ta’ kull konsolazzjoni li nsibu s-serħan tal-qalb. Huwa f’Marija, il-mara li dejjem bieżla għaddejja twettaq ir- rieda ta’ Alla, li rridu nħarsu ‘l quddiem. Huwa f’Marija ta’ qalbha Immakulata li rridu naslu għall- konverżjoni sħiħa tal-qalb tagħna.

Marija hija dik li fil-mument tas-salib qatt ma tħalli lil uliedha waħedhom. Hija dik li ma tikkundannax, iżda tinkuraġġixxi biex nersqu lejn binha Ġesu. Marija hija l-Omm kollha ħlewwa tjieba u qdusija u dan huwa 1- ġmiel kollu tagħha, hi li hi mimlija bil -grazzja ta’ Alla.

Kemm nixtieq li bħala wlied tal- Immakulata nidħlu fil-profond tal- qalb ta’ Marija. Kemm nixtieq li bħala wliedha nagħrfu dejjem nagħmlu dak li jogħġob lilha. Kemm nixtieq li bħala wliedha nagħrfu 1- grazzja li għandha din il-Belt li bħala patruna għandha lil Marija Immakulata.

San Bernard, li huwa magħruf bħala l-qaddis ta’ Marija, jgħid li fuq Marija qatt mhu biżżejjed il-kliem li nistgħu ngħidu fuqha. Għalkemm hi mhijiex Alla, Alla żejjinha b’kull virtù u dawn il-virtujiet Marija tgħinna nilbsuhom aħna wkoll. Mhux ta’ xejn , meta nidħlu fit-tempju ddedikat lilha, il-ħarsa tagħna ddur lejn il-ġmiel ta’ Ommna Marija Immakulata, u bil-ferħ fqalbna ngħidulha li hi l-mimlija bil-grazzja.

Il-Papa Franġisku jgħidilna fl-omelija li għamel nhar il-festa tal-Immakulata fl- 2013 li billi nikkontemplaw il-ġmiel ta’ Marija Immakulata, ejjew nagħrfu 1- ġejjieni tagħna, is-sejħa tagħna bħala wliedha, li nkunu maħbuba, li nkunu trasformati bl-imħabba tagħha, li nkunu ttrasformati bl-isbuħija ta’ Alla. Ejjew inħarsu lejha, bħala Ommna, u nħallu lilha wkoll tħares lejna u tieħu ħsiebna.

Għaliex hija Ommna u tħobbna ħafna. Ejjew inħallu 1-ħarsa tagħħa tifdina, biex nitgħallmu nkunu aktar umli, u aktar kuraġġużi biex ngħixu 1-Kelma ta’ Alla, ħalli tassew inkunu imħejjija biex nilqgħu t-tgħannieq ta’ binha Ġesu, tgħannieqa li tagħtina limħabba, t-tama, u l-paċi.

Kemm hu sabiħ il-kliem tal-Papa dwar Marija Immakulata. Kemm jimlina bil- ferħ, għaliex naraw l-għodda tal-grazzja li għandna f idejna permezz ta’ Marija.
Ma nħallux l-opportunitajiet li Marija tipprovdilna permezz ta’ kull ċirkostanza tal-ħajja biex nikbru fil- grazzja ta’ Alla, jintilfu, biex b’hekk meta 1-Mulej isejħilna nkunu mħejjija biex niġu wiċċ imb wiċċ ma’ din l-Omm kollha ġmiel u sbuħija.



 

Fr. Reuben
Arċipriet