Il-Kelma tal-Arċipriet - Ottubru 2016

Tingħarfu x’intom mill-imħabba ta’ bejnietkom.

Ġesù fl-aħħar ċena qal lid-dixxipli tiegħu; “Nagħtikom kmandament ġdid li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin. Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom”. (Ġw13, 34)

Huwa propju dan il-messaġġ li nixtieq inwasslilkom permezz ta’ din ir- riflessjoni tiegħi. Huwa biss jekk f’dak kollu li nagħmlu jkun hemm l-imħabba li jitħalla l-frott. Kristu stess jgħidilna aktar minn hekk. Illi mill-imħabba li jkun  hemm fostna ningħarfu li aħna dixxipli tal -Mulej. Mela wieħed isaqsi, jekk ma  jkunx hemm imħabba f’dak li nagħmlu u ngħidu, dixxipli ta’ min inkunu? Jekk fi kliemna u f’għemilna ma jkunx hemm  dan l-ispirtu tal-imħabba, mela aħna mil- liema spirtu nkunu mmexxijin?

Silta mill-kelma ta’ Alla li hija popolari ħafna fil-quddies li fiha jiġi ċċelebrat iż- żwieġ hija dik tal-ittra ta’ San Pawl lill- Korintin li tgħid “li kieku kelli d-don tal-profezija u kont naf il-misteri kollha u l-għerf kollu, kieku kelli l-fidi tiegħi sħiħa  li nqanqal il-muntanji, imma ma kellix l- imħabba, jien ma kont inkun xejn. Kieku kelli  nqassam  ġidi  kollu  fil-karità  u nagħti ġismi għall-ħruq bla ma jkolli l- imħabba, xejn ma jkun jiswili ta’ ġid”.
Kemm huwa kliem profetiku dan li San Pawl qiegħed jgħidilna. Kemm huwa minnu. Kemm nistgħu nagħmlu affarijiet illi nagħmluhom mhux għax ikun hemm  l-imħabba, iżda għax ikun hemm il-pika, l- għira, il-korla, il-firda u  l-idolatrija.  Dawn l-atteġġjamenti San Pawl isemmihom fl-ittra lill-Galatin bħala l- għemejjel tal-ġisem, frott l-Ispirtu tal- ħażen.

Il-Papa Franġisku jgħidilna u jsaqsi f’wieħed mid-diskorsi tiegħu jekk aħniex nies li noħolqu l-unjoni jew diviżjoni fil- parroċċi tagħna, u dan jgħodd kemm għas-saċerdoti, kemm għal min hu impenjat, kif ukoll għal kull membru ieħor li jersaq lejn il-parroċċa. Ikompli jsaqsi l-Papa, jiena kawża ta’ diviżjoni u skandlu għal min jara l-affarijiet minn barra?

Ninsabu fis-Sibtijiet tal-Kunċizzjoni. Ejjew ħuti tassew inħobbu lill- Immakulata mhux bil-kliem biss imma bil-fatti. Min  joħloq  il-pika  u l-firda qed jagħmel għajb lil din l-omm tagħna. Fuq kollox Ommna Marija hija id-dixxiplu prediletta tal-Mulej. Għax propju mill- imħabba li hija wriet kulħadd għaraf  li hi dixxiplu tal- Mulej.

 

Fr. Reuben
Arċipriet