Il-Kelma tal-Arċipriet - Awwissu 2019

 

Prijura ġdida għall-Monasteru ta’ Sta. Margerita

Min hi?

Twelidt u trabbejt ġewwa r-raħal ċkejken ta’ Burmarrad ġo familja ta’ 7 aħwa. L-ewwel formazzjoni ħadtha mingħand il-ġenituri tiegħi u aktar tard fl-iskejjel tal-gvern u l-MUSEUM. L iskola qatt ma kienet xi ħaġa għal qalbi, imma sibt ruħi f opportunajiet biex inkompli nistudja. Fil-fatt iggradwajt bħala Occupational Therapist u ħdimt Zammit Clapp Hospital. Ta’ 20 sena ħassejt lill-Mulej isejjaħli għalih wara li attendejt laqgħa taż-żgħażagħ organizzata minn patri franġiskan. Għext f’kommunita’ reliġjuża ta’ ħajja attiva Ulied Maria Ewkaristika. Wara dixxerniment spiritwali mal-konfessur u d-direttur spiritwali tiegħi, P. Martin Borg ocd, jiena weġibt għas-sejħa tal-ħajja klawstrali li l-Mulej kien qiegħed jagħmilli u dħalt bħala postulanta fil-monasteru ta’ Sta. Margerita, Bormla, fit-13 ta’ Diċembru 1995 fl-eta’ ta’ 29 sena. Wara mixja ta’ formazzjoni fil-Karmelu Tereżjan, jiena għamilt il-professioni solenni fid-19 ta’ April 2001. Wara l-professjoni jiena għamilt diversi uffiċċji fil-kommunita’ fosthom kunsilliera, ekonoma u fl-1 ta’ Ġunju 2019, wara l-mewt mhix mistennija ta’ Madre Luigia, ġejt magħżula bħala Madre Prijura għal dawn it-3 snin li ġejjin. Filwaqt li nwegħdkom it-talb tagħna ta’ kuljum, umilment nitlobkom li titlobu għalija u għall-kommunita’ tagħna.

 

 

Sr. M. Pawlina tal-Ewkaristija ocd

Madre Prijura