Il-Kelma tal-Arċipriet - Settembru 2019

Kollox sew meta... jekk!

 

  • Kollox ikun sew meta tikber l-imħabba.
  • Kollox ikun sew meta matul il-ħajja tiegħi inpoġġi l-bżonnijiet tal-oħrajn qabel tiegħi.

Kollox ikun sew meta nsib mument kuljum biex ningħaqad m’Alla.

  • Kollox ikun sew meta insofri bil-paċenzja.

Kollox ikun sew meta nkun kapaċi nitħassar.

  • Kollox ikun sew meta niżviluppa l-kwalitajiet sbieħ tiegħi.

Kollox ikun sew meta nirrispetta l-liberta’ tal-oħrajn.

  • Kollox ikun sew meta l-familja nitolbu flimkien.
  • Kollox ikun sew meta nipprova ntejjeb is-soċjeta’.
  • Kollox ikun sew meta nkun ħabib sinċier u ta’ vera.
  • Kollox ikun sew meta nżomm il-valuri tiegħi.
  • Kollox ikun sew meta kliemi jkun ħelu u nikkoreġi bil-ħlewwa.

Kollox ikun sew meta nagħti lil kull bniedem id-dinjita’ ta’ bniedem.

  • Kollox ikun sew jekk ngħix kif irid Alla minni.

 

Dun Anton Cassar

Arċipriet