Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe



L -APS Bank igħin fir-Restawr ta'
wieħed mill-eqdem
orgnijiet ta' malta




 

aps bankL-APS Bank hu l-uniku sponsor tax-xoghol ta’ restawr li sejjer isir fuq wiehed mill-eqdem orgnijiet, li jistghu jingarru, li wiehed jista’ isib f’Malta. Dan l-orgni jinsab fil-knisja parokkjali ta’ Bormla.

Ix-xogholijiet ta’ restawr li sejrin jibdew dalwaqt huma ppjanati li jintemmu fl-2009. Is-Sur Robert Buhagiar, Inginier li ghandu esperjenza kbira fil-qasam tar-restawr ta’ orgnijiet Maltin, se jkun qed jaghmel dan ir-restawr.

Kemm l-Universita’ ta’ Malta kif ukoll il-komunita’ ta’ Bormla apprezzaw l-intervent ta’ l-APS Bank li ddecieda li jisponsorja l-progett kollu ta’ restawr.

F’konferenza stampa li saret fil-Ufficju Centrali ta’ l-APS Bank, fil-Furjana, li fiha saret il-prezentazzjoni ufficjali ta’ l-isponsorship, il-Professur. E. P. Delia, Chairman tal-APS Bank, stqarr li “L-APS Bank huwa dejjem lest li jappoggja inizjattivi bhal dawn li huma ta’ importanza kemm ghall-komunita’ lokali kif ukoll ghal dak li ghandu x’jaqsam mal- wirt kulturali Malti”. Il-Professur Delia sahaq fuq il-fatt li l-Parocca ta’ Bormla ghandha arkivju kbir ta’ muzika Maltija qadima u huwa proprju f’dan l-arkivju li whud mill-eqdem muzika Maltija giet misjuba. Ic-Chairman zied jghid li, ghalkemm l-istat li l-orgni jinsab fih hu hazin hafna, b’partijiet tal-qafas tal-injam maqsum, madanakollu wiehed jista’ jara mill-ewwel li dan l-istrument huwa wirt storiku ta’ importanza nazzjonali.

“Meta l-orgni jigi restawrat jerga’ jsir mezz li jghin fil-kompozizjonijet tal-muzika. Wiehed jittama li l-muzika tal-kompozituri Maltin tindaqq fuq dan l-orgni fil-gejjieni’, temm ighid il-Professur Delia.

 

Tmiem ta' l-Istqarija

Ritratt: Il-Professur E.P. Delia (fin-nofs, xellug), Chairman tal-APS Bank, waqt il-prezentazzjoni ufficjali tal-isponsorship ghax-xoghol ta' restawr li sejjer isir fuq wiehed mill-eqdem orgnijiet, li jistghu jingarru, li wiehed jista’ isib f’Malta. (Mix-xellug ghall-lemin) Dr. Simon Mercieca, Direttur Istitut tal-Mediterran, Kan. Joseph Mifsud, Arcipriet ta' Bormla, u Ing. Robert Buhagiar, Restawratur tal-Orgnijiet 

 

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com