Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe

 

 


Assemblea Parrokkjal
i 2007

Kitb
a ta'

lino darmanin



 

Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Novembru, 2007, fid-Domus Sagra Familja saret il-konklużżjoni ta’ l-Assemblea Parrokjali. Attendew għal din l-Assemblea numru tassew sabiħ, magħmul minn membri tad-diversi Assemblea Parrokjali 2007gruppi, socjetajiet u kummissjonijiet tal-parrocca, kif ukoll lajci oħra.

Fil-bidu ta’ din il-laqgħa kien hemm preżentazzjoni bil- ‘Powerpoint’ tal-Assemblea Parrokjali 2007ħidma li saret fil-parrocca, fejn wieħed seta’ jara b’mod car, fejn din il-ħidma marret tajjeb u fejn setgħet marret aħjar. Jidher car li qed issir ħidma tassew sfiqa, li l-effett tagħha mhux dejjem jidher minnufih. Iżda żgur li l-frott jista’ jidher aktar ma jgħaddi ż-żmien.

Fost l-iktar ħwejjeġ importanti li ħarġu mill-‘workshops’ li saru fl-ewwel parti ta’ l-Assemblea, huma l-Formazzjoni tal-lajci impenjati, l-Evanġelizazzjoni, u l-Katekeżi. Jeħtieġ li l-lajci impenjati, l-membri tal-gruppi, socjetajiet, u kummissjonijiet ma jibqgħux passivi, iżda jkunu protagonisti, u ma jibżgħux joħorġu ‘l barra mic-cirku tagħhom biex iwettqu ħidma fost il-poplu Bormliż, specjalment dawk li jibqgħu lura mit-tagħlim.

Qed isiru żjajjar lill-familji f’isem l-Arcipriet, u dawn jeħtieġ li jkomplu jsiru b’aktar impenn u regolarita. Dawn il-lajci li qed iwettqu din il-ħidma siewja, se jkunu bħal Assemblea Parrokjali 2007dik in-naqra ħmira li tagħmel tajjeb il-ħobż. Il-Mulej żgur li jwettaq il-ħidma ta’ dawn il-lajci. L-Arcipriet ħeġġeġ lil dawk preżenti biex fil-ħajja tagħna ta’ kuljum nagħtu eżempju lill-oħrajn bl-imġieba tajba tagħna, u billi nkunu disponibbli għal dawk in-nies li jitbiegħdu mill-ħajja nisranija. Saru diversi suġġerimenti fosthom l-organizazzjoni aħjar tal-quddies, specjalment ta’ nhar ta’ Ħadd; li wieħed jaħdem biex waqt it-tqarbin ikun hemm aktar devozzjoni u ġabra; u kif wieħed jista’ jtejjeb il-ħidma fost l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ.

Għal din l-Assemblea attenda wkoll Mons J. Mifsud Bonnici d-delegat ta’ l-Arcisqof. Fl-aħħar tal-laqgħa l-Monsinjur filwaqt li feraħ  lill-K.P.P. għall-attendenza tassew numeruża, ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jkomplu jaħdmu għall-ġid tal-parrocca, għall-glorja t’Alla     

 

 

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com