Untitled Document
Top Banner
 home articles directory  photo galleries archives pastoral programe

 

 


Omelija li għamel Fr. Anton Galea-Scannura
waqt il-Quddiesa ta' Ringrazzjament li saret
nhar is-Sibt 3 ta' Frar 2007




Minn tant dgħajjes, Ġesu’ għazel id-dgħajsa ta’ Xmun Pietru. L-esperjenza ta’ Pietru hija l-kelma li Alla għoġbu jagħtina għal din il-quddiesa ta’ ringrazzjament lill-Alla u affidament lill-Marija li qed nagħmel flimkien magħkom illum. Għalhekk se nibda billi nitkellem dwar san pietru.  Fr. Anton Galea-Scannura waqt l-Omelija tiegħu

Jien lil San Pietru iltqajt miegħu f’ħajti b’għadd ta’ kumbinazzjonijiet, l-ewwel meta kont abbati u tlajt xahar il-Vatikan. Izjed il-quddiem meta kontra kull xewqa tiegħi mill-belt, morna Birzebbuga. Umbagħad bdejt insir naf lil Pietru kif tipprezentah il-Kelma ta’ Alla.

Fil-parroċċa tal-Kalkara, Pietru jidher ukoll fil-kwadru titulari. Qisu Alla jrid li jien ma ninsiex l-esperjenza ta’ Pietru, il-prinċep ta’ l-appostli li Ġesu’ illum jistiednu jaqdef il-barra fil-fond.

Li kieku kellu jistaqsi lilna l-istess mistoqsija li għamel Alla fl-ewwel qari: Lil min se nibgħat, zgur li ma konniex nirrikmandaw lil Pietru. Kellu wisq difetti u mill-leġġendi li naqraw dwaru, baqa’ b’dawn id-difetti sal-mewt. L-Arċisqof il-ġdid, meta kellem lilna s-saerdoti qalilna li kellu jkun Kristu biex jagħzel lil Pietru. Kemm hi ta’ faraġ l-esperjenza ta’ Peitru. Kristu jagħzilna bid-difetti tagħna, dnubiet tagħna biex inkunu sajjieda fil-knisja tiegħu. U l-Kelma li jirrepeti hija tibzax. Anki din kelma lili ried ifakkarhieli. Il-qaddisin ta’ ħajti Ġuzeppi, Marija, Pietru u dak l-appostlu kbir, l-għalliem tal-ġnus, Pawlu ta’ Tarsu, kollha semgħu l-istess kelma “Tibzax”.

Issa li se nħalli din il-parroċċa li mingħandha tant irċevejt, sew bħala djaknu u f’dawn l-aħħar ħames snin meta kelli l-privileġġ li nkun viċi u kanonku, din hija l-kelma li nilqa’ mingħand Alla u l-kelma li nħallielkom: Tibzax! Tant drabi maz-zgħazagħ bzajt għall-grupp, x’jista’ jiġri, kemm se jiġu nies u jekk ux se jirnexxi dak li kien ippjanat. Niftakar li meta miet il-Papa Ġwanni Pawlu it-tieni, il-kelma Tibzax kienet il-kelma li hassejtu qed jgħaddili bħala wirt. Naturalment, ma tistax tkun maz-zgħazagħ u ma tibzax xi ftit. Flimkien kellna ħafna avventuri, xi daqqiet komiċi, rarament traġiċi u fortunatament qatt fatali.

Imma biz-zmien skoprejt li Alla anki bija dgħajjef bħal Pietru u xi daqqiet bix-xbiek vojta Kristu jista’ joħroġ għas-sajda. U x’tezor prezzjuz sibt fiż-żgħażagħ u l-adoloxxenti!

X’rigal kbir kienu l-abbatini! Nirringrazzja ‘l-Alla li sibt nies li ma’ l-abbatini u f’affarijiet oħra li kont involut fihom għenuni b’disponibilita’ kbira. Lil Pietru, Kristu ma sejjaħlux waħdu. Ma’ Kristu Pietru sab familja. U anki jien, inħoss li hawn għext ġo familja. Familja fid-dar parrokkjali fejn nies ġeneruzi u s-soru ħadu ħsieb joħolqu dan l-ambjent, familja mas-soru li tipprovdilna l-ikel, familja mal-ħafna nies li jaħdmu ġewwa taħt jew ħdejn il-parroċċa, familja mal-bosta komunitajiet reliġjuzi tal-parroċċa. Familja fid-dookjard, l-uffiċċju parrokkjali u tant iħawi oħra.

Fuq kollox familja ma’ l-Arċipriet u l-kapitlu li tiegħu jien kont membru indenn għal dawn l-aħħar tlett snin. Familja mal-ħafna ħbieb mill-ambjenti kollha tal-parroċċa, man-nies li kienu jieqfu jkellmuni kuljum u man-nies li dejjem sibt jew biex jgħinuni f’xi attivita’ ma’ xi grupp jew biex ngħidu kelma jew f’xi ħaġa jew oħra. Inħoss li b’dan il-mod dawn is-snin kienu snin ta’ ¬enaklu, fejn bħal Pietru stajt inħoss it-tjubija ta’ Alla u l-ħlewwa u l-ħniena ta’ Marija.

L-appostlu maħbub, Pawlu ta’ Tarsu, fit-tieni qari qalilna: Bil-grazzja ta’ Alla, jien dak li jien. Jien nista’ ngħidha ukoll. Bil-ġenerozita’ ta’ Alla li ħadmet permezz tagħkom jien dak li jien, sirt aħjar u nista’ nkun saċerdot aħjar. Il-kelma Tibzax li smajt jien, fil-mixja tiegħi fis-seminarju, kelma li tant drabi f’mumenti differenti lissnitli Marija, hija l-kelma li nħallilkom.

Tibzax nistieden minn qalbi liz-zgħazagħ li Alla qieghed isejħilhom fit-triq tas-saċerdozju. Tħallu l-ebda biza’ jew dubju itellifkom milli tisimgħu l-isbaħ vuċi li tagħmlilkom sejħa ta’ mħabba! Tibzax nistieden liz-zgħazagħ, iftaħ qalbek għal Kristu u jkollok ħabib li ma jitilqek qatt anqas meta tkun int stess li twarrbu jew taħseb li tista’ tgħaddi mingħajru! Tibzax ngħid lil kulħadd, imma b’mod speċjali dawk li qed iġorru xi salib, għax Kristu ma jiddisappuntakomx u ma jinsiekomx.

U jien ukoll, nixtieq illum nisma’ lil Marija tlissinli l-kelma Tibzax qabel ma naqdef fil-qrib lejn parroċċa ġdida, waqt li jien nitlobha kif għamilt drabi oħra biex tgħożżni bħal binha.

Jekk se nġorr dispjaċir miegħi hu li m’għamiltx bizzejjed li ma ingħatajtx kemm stajt. Imma miegħi se nġorr il-ħafna tama u kuraġġ li irċevejt mingħandkom. Nista’ ngħid ma’ l-appostlu Pawlu: il-grazzja ta’ Alla ma sefgħetx fix-xejn. Kien hemm min qalli: Se tibqa’ qrib.

Tassew il-Kalkara mhux il-bogħod. Imma bħallikieku li jien inkun fejn inkun nista’ qatt inkun il-bogħod minn din il-parroċċa fejn tant irċevejt. Bħallikieku jien nista’ qatt nitbiegħed mill-Immakulata, jew ma ngħozzx dejjem bħala ħbieb għeziez lill-Arċipriet u s-saċerdoti ta’ din il-parroċċa jew likom li tant kontu qrib tiegħi.

F’din il-parroċċa bit-toroq imserrpa, fejn Marija tissejjaħ Omm Beltna Alla għoġbu f’ħajti juri l-ġenerozita’ tiegħu. U dan hu ta’ kuraġġ għalina lkoll. Dan hu Alla tagħna, Alla li miegħu nazzardaw naqdfu l-barra fil-fond, b’Marija Immakulata bħala Kewkba tal-baħar u bl-għaqda ta’ bejnietna bħala sur ta’ kenn.

 

© 2017 Parroċċa ta' Bormla
design by brianbuhagiar.com